Nhar is-Sibt 26 u l-Ħadd 27 ta’ Ottubru l-Arċisqof Charles J. Scicluna
amministra s-Sagrament tal-Griżma lil adolexxenti tal-Knisja Parrokkjali
tal-Madonna tal-Karmnu tal-Fgura. B’kollox kien hemm 60 tifel u 40 tifla.
Il-Ħadd l-Arċisqof amministra s-Sagrament lil 19-il adolexxent fil-Knisja Parrokkjali tal-Kunċizzjoni, il-Ħamrun – tmien bniet u 11-il tifel.