Minkejja l-impressjoni li setgħet ingħatat f’kitbiet fuq timesofmalta.com u The Times f’dawn l-aħħar ġimgħat, IL-ĠENSillum online tista’ tikkonferma li l-Knisja f’Malta qatt ma tat struzzjonijiet formali dwar adozzjonijiet minn orfanatrofju mmexxi minn sorijiet Maltin fl-Etjopja. Il-verità hi, skont is-Superjura tal-Kidane Meheret Children’s Home, li l-policy tal-Gvern tal-Etjopja hi li tingħata prijorità lill-koppji miżżewġa u, fuq kollox, lil dawk Etjopiċi.
F’korrispondenza li għaddiet bejn The Times u l-Uffiċċju Komunikazzjoni tal-Kurja tal-Arċisqof, kelliemi għal dan l-Uffiċċju afferma b’mod kategoriku li l-Knisja f’Malta qatt ma tat struzzjonijiet formali dwar adozzjoniijet minn dan l-orfanatrofju. Il-kelliemi għall-Kurja qal biss li l-Arċisqof madwar sentejn ilu kien wera l-fehma li jkun preferibbli għat-tfal li dawn ikunu adottati minn koppji miżżewġa. Intqal ukoll li għal dawk li huma adozzjonijiet, il-Knisja f’Malta m’għandha x’taqsam ma’ ebda dar barra minn Malta.
Agħfas hawn biex tkompli taqra dan l-artiklu mis-sit www.il-gensillum.com