It-tħejjijiet għal-laqgħa ta’ Rimini jinsabu fl-aħħar stadju tagħhom bl-ewwel wasliet ta’ xi voluntiera – 150 żagħżugħ u żagħżugħa li ngħaqdu ma’ ħmistax il-mastrudaxxa minn Brianza, li ilhom Rimini għall-aħħar ftit jiem.
Il-Laqgħa għall-Ħbiberiji fost il-Popli, organizzata mill-Moviment Kattoliku Komunjoni u Liberazzjoni f’Rimini l-Italja, hi attivita li ta’ kull sena tattira mijiet ta’ eluf ta’ parteċipanti.
F’dal-jiem, jaslu aktar voluntiera biex il-qofol jintleħaq bil-laqgħa nnifisha bejn is-17 u d-19 t’Awwissu. It-total ta’ voluntiera għandu jammonmta għal 600.
Franco Casalboni li jikkordinahom, qal li “l-ġurnata qed ikollha pass mgħaġġel u skeda mimlija. Niftħu bit-talb tal-Lawdi, imbagħad ħidma u waqfa għall-ikel, u jsegwi iktar xogħol”.
Fi kliem Casalboni “meta tħares lejn iż-żgħażagħ jaħdmu b’dak l-entużjażmu u sens ta’ impenn, f’kollaborazzjoni sħiħa bejniethom, wieħed jikkonkludi kemm hu kbir il-miraklu li qed isir kull sena b’din il-laqgħa”.