Monasteru Santa Margerita

  • Monasteru Santa Margerita

  • Indirizz

    Monasteru Santa Margarita

    Sorijiet Karmelitani Scalzi

    Bormla

    BML 1370

  • Telefon

    2182 0558

    Il-monasteru ta’ Santa Margerita V.M. f’ Bormla kellu l-bidu tiegħu fid-9 ta’ Novembru, 1726, bħala dar għat-tfajliet fqar magħrufa bħala l-Konservatorju ta’ Ġesu’ u Marija . Taw bidu għal dan il-Konservatorju Żewġ saċerdoti flimkien mas-Sinjorina Marija Maddalena Purselli li wara saret l-ewwel soru. Fit-3 ta’ Ottubru, 1731, il-Konservatorju sar Monasteru tas-Sorijiet tat-Terz’ Ordni TereŻjan. Bi Breve tas-Santa Sede tat-12 ta’ Settembru, 1739, saru Sorijiet tal-Klawsura kif inhuma llum. Il-Gran Mastru de Vilhena kien wieħed mill-akbar benefatturi.