Kummissjoni għad-Djalogu Interreliġjuż

Il-Kummissjoni Għad-Djalogu Interreliġjuż twaqqfet minn Mons. Arċisqof Pawlu Cremona permezz ta’ digriet maħruġ nhar it-2 ta’ Marzu 2011.

Għan

Il-Kummissjoni Djoċesana għad-Djalogu Interreliġjuż, imwaqqfa fit-2 ta’ Marzu 2011, għandha l-iskop li ssaħħaħ u ġġib ’il quddiem ir-rabtiet bejn il-Knisja Kattolika f’Malta u l-komunitajiet reliġjużi mhux Insara li jinsabu f’pajjiżna. Fost oħrajn il-Kummissjoni tgħin fil-formazzjoni tal-komunità Nisranija f’Malta biex tagħraf aktar il-missjoni tagħha f’soċjetà li, aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar qiegħda ssir multi-etnika u pluri-reliġjuża. Dan isir permezz ta’ attivitajiet li bihom l-Insara f’pajjiżna jkollhom għarfien aktar profond tad-duttrina u l-morali tar-reliġjonijiet preżenti f’pajjiżna kif ukoll ta’ kif għandhom iwieġbu għal dawn l-isfidi ġodda.

Ħidma

Il-Kummissjoni:

  1. Tagħti parir lill-Arċisqof dwar kwistjonijiet li jolqtu d-djalogu interreliġjuż.
  2. Tgħin fil-formazzjoni tal-komunità Nisranija f’Malta biex tagħraf aktar il-missjoni tagħha f’soċjetà li, aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar qiegħda ssir multi-etnika u pluri-reliġjuża. Dan isir permezz ta’ attivitajiet li bihom l-Insara f’pajjiżna jkollhom għarfien aktar profond tad-duttrina u l-morali tar-reliġjonijiet preżenti f’pajjiżna kif ukoll ta’ kif għandhom iwieġbu għal dawn l-isfidi ġodda.
  3. Tieħu ħsieb torganizza u tieħu sehem f’attivitajiet li għandhom x’jaqsmu mad-djalogu interreliġjuż.

Din il-ħidma hija mmirata biex iġġib ’il quddiem id-djalogu interreliġjuż filwaqt li tgħin lill-Insara jagħrfu aktar il-fidi tagħhom u l-ħtieġa li jxandruha.

Struttura

Rev. Dr Joseph Ellul OP, Chairperson

Prof. John Berry, Segretarju

Sa Ann Marie Magrin

Rev. Edmund Teuma, OFM Conv.

Dr Rebecca Berry Wellman

Prof. Michael Zammit

Email

[email protected]