Il-Kummissjoni Djoċesana għad-Djalogu Interreliġjuż, imwaqqfa fit-2 ta’ Marzu 2011, għandha l-iskop li ssaħħah u ggib ’il quddiem ir-rabtiet bejn il-Knisja Kattolika f’Malta u l-komunitajiet reliġjużi mhux Insara li jinsabu f’pajjiżna. Fost oħrajn il-Kummissjoni tgħin fil-formazzjoni tal-komunità Nisranija f’Malta biex tagħraf aktar il-missjoni tagħha f’soċjetà li, aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar qiegħda ssir multi-etnika u pluri-reliġjuża. Dan isir permezz ta’ attivitajiet li bihom l-Insara f’pajjiżna jkollhom għarfien aktar profond tad-duttrina u l-morali tar-reliġjonijiet preżenti f’pajjiżna kif ukoll ta’ kif għandhom iwieġbu għal dawn l-isfidi ġodda.
Il-Kummissjoni tagħti wkoll is-sehem tagħha fl-attivitajiet interreliġjużi li jsiru f’pajjiżna.
Delegat tal-Arċisqof u President
Patri Dr Joseph Ellul, OP
Segretarju
Dr John Berry
Membri
Patri Edmund Teuma, OFM Conv.
Anne Marie Magrin
Dr Rebecca Janelle Wellman
Profs Michael Zammit
Telefon
2590 6759, 2340 3498
Imejl