Ekumeniżmu

Il-Kummissjoni Ekumenika Djoċesana hi l-organu uffiċjali tal-Knisja f’Malta biex jagħti servizz ta’ promozzjoni tal-għaqda fost l-Insara permezz tad-djalogu u l-ħidma ekumenika.

Il-Kummissjoni Ekumenika tħeġġeġ li jsir talb għall-għaqda fost l-insara; tissensibilizza l-Kattoliċi dwar il-preżenza ta’ nsara oħra u l-kultura u t-twemmin tagħhom; tippromwovi laqgħat ta’ djalogu ekumeniku; tikkollabora mal-Malta Ecumenical Council (Christians Together in Malta) partikolarment fl-organizzazzjoni tal-Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda fost l-Insara fix-xahar ta’ Jannar; tistabilixxi u żżomm relazzjonijiet mal-Kunsill Pontifiċju li jippromwovi l-għaqda fost l-Insara, u ma’ Kummissjonijiet Ekumeniċi ta’ djoċesijiet u pajjiżi oħra.

President tal-Kummissjoni: Mons. Prof. Hector Scerri

Membri tal‑Kummissjoni: Rev. Ivan Attard OP, Dr Dorianne Buttigieg, Dr Patricia Micallef, Rev. Dr Aurelio Mulè Stagno SDB, Andrea Pace u Rev. Prof. Martin Zammit

Segretarja: Anna Caruana Colombo

Agħfas hawn għal aktar tagħrif dwar l-Ekumeniżmu f’Malta.