Ekumeniżmu

Il-Kummissjoni Ekumenika Djoċesana hi mwaqqfa fl-Arċidjoċesi ta’ Malta fi ħdan is-Segreterija Pastorali. Hija l-organu uffiċjali tal-Knisja f’Malta biex jagħti servizz ta’ promozzjoni tal-għaqda fost l-Insara permezz tad-djalogu u l-ħidma ekumenika.

Il-Kummissjoni Ekumenika tħeġġeġ li jsir talb għall-għaqda fost l-insara; tissensibilizza l-Kattoliċi dwar il-preżenza ta’ nsara oħra u l-kultura u t-twemmin tagħhom; tippromwovi laqgħat ta’ djalogu ekumeniku; tikkollabora mal-Malta Ecumenical Council (Christians Together in Malta) partikolarment fl-organizzazzjoni tal-Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda fost l-Insara fix-xahar ta’ Jannar; tistabilixxi u żżomm relazzjonijiet mal-Kunsill Pontifiċju li jippromwovi l-għaqda fost l-Insara, u ma’ Kummissjonijiet Ekumeniċi ta’ djoċesijiet u pajjiżi oħra.

President

Mons Prof Hector Scerri

Telefon

25906502

Imejl
hector.scerri@um.edu.mt

Segretarja

Ms Anna Caruana Colombo

Membri

Rev Ivan Attard O.P.

Ms Dorianne Buttigieg

Mr Carmel Grima

Dr Patricia Micallef

Rev Dr Aurelio Mule’ Stagno S.D.B.

Mr Andrea Pace

Rev Prof. Martin Zammit