-
Kummissjoni għat-Testi Liturġiċi
-
Wara li bejn id-9 u t-12 ta’ Jannar 1956, fl-Oratorju ta’ San Ġwann, organizzat mir-“Royal University Students Theological Association”, kien sar l-ewwel Kungress Liturġiku f’Malta, kienet ġiet imwaqqfa il-Kummissjoni Liturġika li minufih kellha tidħol għall-ħidma kbira għax dik is-sena seħħ it-tiġdid tar-riti tal-Ġimgħa Mqaddsa. Għal ħafna snin il-Kummissjoni, li kienet titqies bhala Kummisjoni “Nazzjonali”, kienet impenjata fit-traduzzjoni u l-pubblikazzjoni tat-testi liturġiċi l-ġodda u ħabirket ħafna biex iġġib ‘il quddiem it-tiġdid liturġika mitlub mill-Konċilju Vatikan II.
Il-Konferenza Episkopali hasset li l-izvilupp ta’ din il-Kummisjoni u tal-hidma taghha jitolbu li ssir Kummisjoni Interdjocesana Liturgika u l-iStatut gie approvat fit-23 ta’ Settembru 2008.
Il-Kummisjoni ghandha dawn l-ghanijiet :
Tħejji t-traduzzjonijiet bil-Malti tal-kotba u testi oħra liturġiċi pubblikati mis-Santa Sede.
Tagħti pariri lil-Konferenza Episkopali Maltija dwar kif l-aħjar tkompli t-twettiq tar-riforma liturgika, inkluż l-oqsma tal-ħidma pastorali liturġika-sagramentarja u tal-arti u mużika liturġika, fil-kuntest tas-sitwazzjoni preżenti tal-ħajja liturġika pastorali f’Malta u Għawdex.
Bil-pariri tagħha tgħin lill-Konferenza Episkopali Maltija biex tħejji pjanijiet ta’ formazzjoni u animazzjoni liturġika komuni għall-Malta u Għawdex.
Iżżomm kuntatti mal-Kongregazzjoni għall-Kult Divin u għad-Dixxiplina tas-Sagramenti. -
President
Mons. Arthur Said Pullicino
Segretarju
Dun Jesmond Manicaro
E-mail
jesmond.manicaro@maltadiocese.org
Teżorier
Dun Paul Carmel Vella
Membri
Fr Nazjo Borg
Fr Roberto Gauci
Fr George Schembri
Fr Anton Farrugia O.F.M.
Mro Chris Muscat