2013-2014

  • SENA SKOLASTIKA 2013 – 2014

  • AGĦFAS HAWN għal informazzjoni applikazzjonijiet għal xi postijiet vakanti fi skejjel tal-Bniet tal-Knisja

    STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA: Applikazzjonijiet għal xi postijiet vakanti fi Skejjel tal-Knisja

    POLZA TA’ PARTEĊIPAZZJONI (Agħfas fuq is-sena rispettiva biex tniżżel)

    Skeda tad-Dati ta’ meta ser jitilgħu il-Poloz

    Dokumenti iktar riċenti

    AGĦFAS HAWN għal informazzjoni fuq postijiet vakanti ġodda għall-iskola ta’ Santu Wistin, l-Ewwel Sena tal-Primarja.

    AGĦFAS HAWN għal informazzjoni fuq postijiet vakanti fl-iskejjel tal-Knisja tal-Ewwel Sena Sekondarja u r-Raba’ Sena tal-Primarja

    AGĦFAS HAWN għal informazzjoni fuq postijiet vakanti fl-iskejjel tal-Knisja tal-Ewwel Sena Kindergarten

    AGĦFAS HAWN għal informazzjoni fuq postijiet vakanti Każijiet Umanitarji Gravi – It-Tielet Kriterju

    AGĦFAS HAWN għal informazzjoni fuq postijiet vakanti fl-iskejjel tal-Knisja fl-Ewwel Sena Primarja u t-tieni sena Kindergarten

    Il-proċess tad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja f’Malta jiddetermina d-dħul fl-ewwel u t-tieni sena kindergarten, fl-ewwel sena primarja u fl-ewwel sena sekondarja.  Għat-tielet sena konsekuttiva ser isir dħul ta’ subien fir-raba’ sena primarja.  Dan id-dħul qed isir għal tliet snin biss bejn is-snin 2011 u 2013.

    Id-dħul fl-iskejjel tal-Knisja huwa marbut mas-sena tat-twelid.  Applikazzjonijiet għad-dħul fil-livelli differenti għandhom isiru skont kif spjegat hawn taħt.

    Agħfas fuq is-sena rispettiva

    biex tniżżel ir-Regolamenti għad-Dħul

    • JEKK IT-TIFEL/TIFLA TIEGĦEK TWIELDU FL-2010, AGĦFAS HAWN BIEX TNIŻŻEL IR-REGOLAMENTI GĦAD-DĦUL FL-EWWEL SENA KINDERGARTEN.
    • JEKK IT-TIFEL/TIFLA TIEGĦEK TWIELDU FL-2009, AGĦFAS HAWN BIEX TNIŻŻEL IR-REGOLAMENTI GĦAD-DĦUL FIT-TIENI SENA KINDERGARTEN.
    • JEKK IT-TIFEL/TIFLA TIEGĦEK TWIELDU FL-2008, AGĦFAS HAWN BIEX TNIŻŻEL IR-REGOLAMENTI GĦAD-DĦUL FL-EWWEL SENA PRIMARJA.
    • JEKK IT-TIFEL TIEGĦEK TWIELED FL-2005, AGĦFAS HAWN BIEX TNIŻŻEL IR-REGOLAMENTI GĦAD-DĦUL FIR-RABA’ SENA PRIMARJA.
    • JEKK IT-TIFEL/TIFLA TIEGĦEK TWIELDU FL-2002, AGĦFAS HAWN BIEX TNIŻŻEL IR-REGOLAMENTI GĦAD-DĦUL FL-EWWEL SENA SEKONDARJA.
    • KAŻIJIET UMANITARJI GRAVI – AGĦFAS HAWN BIEX TNIŻŻEL IR-REGOLAMENTI GĦAD-DĦUL..
    • AGĦFAS HAWN BIEX TNIŻŻEL IL-PROĊEDURI GĦAL KAŻIJIET TA’ KSUR TAR-REGOLAMENTI GĦAD-DĦUL FL-ISKEJJEL TAL-KNISJA. (VERŻJONI BL-INGLIŻ)

    DATI – MILI TA’ APPLIKAZZJONIJIET

    Informazzjoni dettaljata tinstab fir-Regolamenti għad-Dħul li jistgħu jinkisbu mill-istess skejjel tal-Knisja u minn din il-paġna.

    1.    APPLIKAZZJONIJIET SKONT L-EWWEL KRITERJI:

    Djar tal-Knisja / Aħwa / Impjegati / Transfers / Bla Kontinwità

    Dikjarazzjoni mill-iskola tagħhom 19/20/21 ta’ Novembru 2012 mid-9:00 sa nofsinhar

    Applikazzjonijiet: f’St Elias, St Michael’s jew is-Seminarju 26/27/28 ta’ Novembru 2012 mid-9:00 sas-2:00

    Fl-ewwel ġurnata jimtlew applikazzjonijiet ta’ kunjomijiet li jibdew bl-ittri A-L;

    it-tieni ġurnata dawk ta’ kunjomijiet li jibdew bl-ittri M-Z.

    Il-ġurnata l-oħra hija miftuħa għal kulħadd.

    2.    APPLIKAZZJONIJIET SKONT IL-KRITERJU: KAŻIJIET UMANITARJI GRAVI:

    2.1     Dawk skont l-Ewwel kriterji:

    Każijiet Umanitarji Gravi Djar tal-Knisja / Aħwa / Impjegati / Transfers/ Bla Kontinwità

    Dikjarazzjoni mill-iskola tagħhom: 19/20/21 ta’ Novembru 2012 mid-9:00 sa nofsinhar

    Iċemplu għal appuntament 2779  0077: 19/20/21 ta’ Novembru 2012 mit-8:30 sas-2:00

    Applikazzjonijiet bl-appuntament: Il-Kurja tal-Arċisqof, Floriana 26/27/28  ta’ Novembru 2012

    2.2     Dawk skont it-Tielet kriterju:

    Każijiet Umanitarji Gravi Applikanti Oħra

    Iċemplu għal appuntament 2779  0077: 28/29/30 ta’ Jannar 2013 mit-8:30 sas-2:00

    Applikazzjonijiet bl-appuntament: Il-Kurja tal-Arċisqof, Floriana, 4/5/6/7  ta’ Frar 2013

    3.    APPLIKAZZJONIJIET SKONT IT-TIELET KRITERJU: APPLIKANTI OĦRA

    Dawn isiru bejn id-9:00 ta’ filgħodu u nofsinhar f’dawn il-ġranet u f’waħda minn dawn l-iskejjel skont l-iskeda li tidher hawn taħt.

    Fl-ewwel ġurnata jimtlew applikazzjonijiet ta’ kunjomijiet li jibdew bl-ittri A-L; it-tieni ġurnata dawk ta’ kunjomijiet li jibdew bl-ittri M-Z. Il-ġurnata l-oħra hija miftuħa għal kulħadd.

    L-ewwel sena kindergarten: Twieldu fis-sena 2010. It-Tnejn u t-Tlieta 18-19 u l-Ħamis 21 ta’ Frar

    Is-Seminarju – Rabat St Angela – Msida St Angela – Żabbar
    St Francis – Msida Theresa Nuzzo – Hamrun

    It-tieni sena kindergarten: Twieldu fis-sena 2009. L-Erbgħa u l-Ħamis 6-7 u l-Ġimgħa 15 ta’ Frar

    Kulleġġ Missjunarju San Pawl – Rabat St Angela – Msida St Angela – Żabbar
    St Joseph – Blata l-Bajda Stella Maris (St Aloysius Jr) – Balzan Theresa Nuzzo – Hamrun

    L-ewwel sena primarja: Twieldu fis-sena 2008. It-Tlieta u l-Erbgħa 5-6 u l-Ħamis 14 ta’ Frar

    De La Salle College – Birgu Is-Seminarju – Rabat St Albert – Valletta
    St Aloysius College – B’Kara St Elias – Santa Venera

    Ir-raba’ sena primarja: Twieldu fis-sena 2005. Il-Ħamis u l-Ġimgħa 24-25 u l-Ħamis 31 ta’ Jannar

    Kulleġġ Missjunarju San Pawl – Rabat St Augustine College – Pietà St Michael – St Venera

    L-ewwel sena sekondarja: Twieldu fis-sena 2002. It-Tnejn u t-Tlieta 21-22 u t-Tnejn 28 ta’ Jannar

    Kulleġġ Missjunarju San Pawl – Rabat St Albert – Valletta St Augustine College – Pietà
    St Michael – St Venera Stella Maris College – Gżira

    DOKUMENTI MEĦTIEĠA MILL-APPLIKANTI

    1.  Min japplika għandu jieħu miegħu dawn id-dokumenti:

    a.         Il-Kattoliċi jippreżentaw Ċertifikat tal-Magħmudija (oriġinali, u mhux fotokopja).

    b.         Ċertifikat tat-Twelid (tal-Insinwa) tat-tifel / tifla (oriġinali, u mhux fotokopja).

    ċ.         Il-Karta tal-Identità ta’ missier jew omm it-tifel / tifla.  M’hemmx bżonn ta’ fotokopja.

    d.         Ritratt tat-tifel / tifla (daqs ta’ passaport).

    e.         Jekk il-ġenituri huma separati jeħtieġ id-dokument riċenti li jindika l-kustodja tat-tfal.

    f.          Jekk qed tapplika skont il-Kriterju ta’ Tfal minn Djar tal-Knisja:

    Dikjarazzjoni fuq formola apposta, mimlija u ffirmata mid-Direttur tad-Dar tal-Knisja.

    ġ.         Jekk qed tapplika skont il-Kriterju tal-Aħwa:

    i.          Ċertifikat tat-twelid tar-Reġistru Pubbliku (tal-Insinwa) tal-aħwa l-oħra (oriġinali);

    ii.          Fotokopja tal-Karta tal-Identità taż-żewġ ġenituri; u

    iii.         Dikjarazzjoni fuq formola apposta, mimlija u ffirmata mill-kap tal-iskola fejn jattendu  l aħwa l-oħra.

    g.         Jekk qed tapplika skont il-Kriterju tal-Impjegati, ta’ Transfers jew ta’ Skola tal-Knisja bla Kontinwità: Dikjarazzjoni fuq formola apposta, mimlija u ffirmata mill-Kap tal-iskola.

    għ.       Jekk qed tapplika skont il-Kriterju ta’ Każijiet Umanitarji Gravi:

    Spjegazzjoni bil-miktub tar-raġunijiet umanitarji gravi, iċ-ċertifikati rilevanti, inkluż dak tal-istatementing moderating panel u l-lEP.

    2.         Il-ħlas għall-applikazzjoni hu ta’ €10