2020-2021


Dħul fl-Iskejjel tal-Knisja 2020-2021


L-Għażla ta’ Skola

L-Uffiċċju tad-Dħul għall-Iskejjel tal-Knisja fuq [email protected] jew ċempel fuq 25906306/9 (mit-Tnejn sal-Ġimgħa 7:30am – 1:15pm).

Il-waiting lists se jiġu aġġornati minn żmien għal żmien.

Sena
Form 1 Bniet GħażlietWaiting List – 28/09/2020
Waiting List – 21/08/2020
Waiting List – 04/08/2020
Waiting List – 14/07/2020
Waiting List – 11/06/2020
Form 1 Subien GħażlietWaiting List – 28/09/2020
Waiting List – 21/08/2020
Waiting List – 04/08/2020
Waiting List – 14/07/2020
Waiting List – 15/06/2020
Year 1 Bniet Għażliet Waiting List – 28/09/2020
Waiting List – 21/08/2020
Waiting List – 04/08/2020
Waiting List – 15/07/2020
Waiting List – 16/06/2020
Waiting List – 15/06/2020
Year 1 Subien GħażlietWaiting List – 28/09/2020
Waiting List – 21/08/2020
Waiting List – 04/08/2020
Waiting List – 14/07/2020
Waiting List – 19/06/2020
Waiting List – 14/06/2020
Kinder 2 Bniet GħażlietWaiting List – 28/09/2020
Waiting List – 21/08/2020
Waiting List – 04/08/2020
Waiting List – 14/07/2020
Waiting List – 15/06/2020
Kinder 2 Subien GħażlietWaiting List – 28/09/2020
Waiting List – 21/08/2020
Waiting List – 04/08/2020
Waiting List – 14/07/2020
Waiting List – 23/06/2020
Kinder 1 Subien GħażlietWaiting List – 28/09/2020
Waiting List – 21/08/2020
Waiting List – 04/08/2020
Waiting List – 14/07/2020
Waiting List – 17/06/2020
Kinder 1 Bniet GħażlietWaiting List – 28/09/2020
Waiting List – 21/08/2020
Waiting List – 14/07/2020
Waiting List – 17/06/2020

Agħfas hawn għal informazzjoni dwar l-Iskejjel tal-Knisja disponibbli f’kull livell tad-dħul


  • 20 ta’ April 2020 – Is‑Segretarjat għall‑Edukazzjoni Nisranija qed iħabbar dati ġodda għall‑għażla ta’ skola tal‑Knisja għas‑sena akkademika li tibda f’Settembru li ġej. L‑għażla ta’ skola se tixxandar live fuq www.knisja.mt. Matul il‑proċess kollu ser ikun preżenti nutar. Agħfas hawn taqra dwar kif se ssir l-Għażla tal-Iskola.
  • 6 ta’ April 2020 – L-Uffiċċju għad-Dħul fl-Iskejjel tal-Knisja qed jippjana li jagħmel l-Għażla tal-Iskola f’Mejju u diġà pprepara d-dati. Dawn id-dati se jitħabbru fl-20 ta’ April. Mhux se jitħabbru qabel minħabba li jista’ jinbidel kollox u ma jsirux. Ftit qabel ma ssir l-għażla tal-iskola, se tiġi ppubblikata l-lista tal-iskejjel u kemm hemm postijiet vojta f’kull skola, li minnha tista’ tintagħżel l-iskola.
  • 31 ta’ Marzu 2020 – L-Uffiċċju għad-Dħul fl-Iskejjel tal-Knisja qed iħabbar dati ġodda għall-poloz ta’ parteċipazzjoni għall-Iskejjel tal-Knisja. Dawn se jiġu mxandra live fuq www.knisja.mt minn ġo studio mingħajr il-preżenza tal-ġenituri u bl-inqas nies possibbli, minħabba r‑restrizzjonijiet kontra t‑tixrid tal‑coronavirus. Matul it-tlugħ tal-poloz ser ikun preżenti nutar. Il-filmati tal-poloz jibqgħu aċċessibbli online anki wara li tispiċċa x-xandira tagħhom. Ir-riżultati tal-poloz jittellgħu online l-għada ta’ kull polza, fuq il‑paġna tal‑Iskejjel tal‑Knisja li tinsab fuq il‑website www.knisja.mt. Il-lista tal-parteċipanti tal-poloz tinsab hawn taħt.

  • 31 ta’ Marzu 2020 – DATI ĠODDA GĦALL-POLOZ TAL-ISKEJJEL TAL-KNISJA

  • 25 ta’ Marzu 2020 – Il‑poloz kollha għad‑dħul fl‑Iskejjel tal‑Knisja qed jiġu posposti minħabba r‑restrizzjonijiet kontra t‑tixrid tal‑coronavirus. Il‑Poloz ta’ Parteċipazzjoni tas‑subien u l‑bniet għad‑dħul fl‑ewwel sena sekondarja, u l‑Polza ta’ Parteċipazzjoni tal‑bniet tal‑ewwel sena primarja li kellhom isiru għada, il‑Ħamis 26 ta’ Marzu 2020, qed jiġu posposti. Se jkun hemm tibdil ukoll fil‑poloz ippjanati għal April.
    L‑Uffiċċju għad‑Dħul fl‑Iskejjel tal‑Knisja jinsab magħluq però l‑ħaddiema qed jaħdmu mid‑dar. F’każ ta’ bżonn, wieħed jista’ jibgħat email fuq [email protected] jew iċempel fuq 7999 0224.

  • 18 ta’ Marzu 2020 – L-Uffiċċju tad-Dħul fl-Iskejjel tal-Knisja huwa magħluq iżda l-impjegati qed jaħdmu mid-djar u jirrispondu l-email [email protected] għal min għandu bżonn jikkuntattjahom. Irċevuti se jintbagħtu bil-posta saż-żmien dovut. Safejn hu possibbli, se jinżammu d-dati tal-poloz kif tħabbru. Kwalunkwe tibdil li jsir jittella’ fuq din il-paġna.

  • 26 ta’ Frar 2020 – L-informazzjoni dwar l-applikanti tal-ewwel kriterju f’St Albert the Great, issa tinstab f’Kinder 1 u Kinder 2.

  • 4 ta’ Frar 2020 – Regoli għall-Asylum Seekers.

  • 30 ta’ Jannar 2020 – L-informazzjoni dwar l-applikanti tal-ewwel kriterju u kemm baqa postijiet, issa tinstab f’kull livell.

  • 30 ta’ Jannar 2020 – JIFTĦU L-APPLIKAZZJONIJIET GĦAD-DĦUL FL-ISKEJJEL TAL-KNISJA.

  • 15 ta’ Novembru 2019 – DĦUL FL-ISKEJJEL TAL-KNISJA FL-2020.


Il-proċess tad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja f’Malta jiddetermina d-dħul fl-ewwel u t-tieni sena kindergarten, fl-ewwel sena primarja u fl-ewwel sena sekondarja u jinkludi il-każijiet serji. Id-dħul fl-iskejjel tal-Knisja huwa marbut mas-sena tat-twelid.

Għar-regolamenti u aktar tagħrif, agħfas fuq il-livell li tixtieq tkun taf dwaru.
L-informazzjoni pprovduta għall-livelli differenti tiżdied perjodikament biex tingħata aktar informazzjoni skont il-bżonn, għaldaqstant nitolbukom iżżuru din il-paġna b’mod regolari.

L-Għażla ta’ Skola

Sena
Kinder 2 Bniet GħażlietFilmat
Kinder 2 Subien GħażlietFilmat

Riżultati tal-Poloz

Polza tal-Għażla ta’ Skola – Kinder 2 – SubienRiżultati Ordnati FilmatPostijiet
Polza tal-Għażla ta’ Skola – Kinder 2 – Bniet Riżultati Ordnati FilmatPostijiet
Polza ta’ Parteċipazzjoni – Kinder 2 – Bniet Riżultati Filmat

Listi tal-Applikanti tal-Poloz tal-Għażla tal-Iskola

Listi tal-Applikanti tal-Poloz ta’ Parteċipazzjoni

Agħfas hawn biex tniżżel il-lista ta’ parteċipanti fil-polza ta’ parteċipazzjoni għat-Tieni Sena Kinder Bniet

Ċirkulari

Agħfas hawn biex tniżżel iċ-ċirkulari b’informazzjoni dwar il-Postijiet fit-Tieni Sena Kindergarten

Listi ta’ Applikanti tal-Ewwel Kriterju

Agħfas hawn biex tniżżel il-lista ta’ Applikanti tal-Ewwel Kriterju għat-Tieni Sena Kindergarten Subien
Agħfas hawn biex tniżżel il-lista ta’ Applikanti tal-Ewwel Kriterju għat-Tieni Sena Kindergarten Bniet

Listi ta’ Applikanti tal-Ewwel Kriterju – St Albert the Great

Agħfas hawn biex tniżżel il-lista ta’ Applikanti tal-Ewwel Kriterju għat-Tieni Sena Kindergarten Subien f’St Albert the Great
Agħfas hawn biex tniżżel il-lista ta’ Applikanti tal-Ewwel Kriterju għat-Tieni Sena Kindergarten Bniet f’St Albert the Great

Regolamenti

Agħfas hawn biex tniżżel ir-regolamenti għad-Dħul fit-Tieni Sena Kindergarten

L-Għażla ta’ Skola

Sena
Form 1 Bniet GħażlietFilmat
Form 1 Subien GħażlietFilmat

Riżultati tal-Poloz

Polza tal-Għażla tal-Iskola – Form 1 – Bniet Riżultati Ordnati Filmat Postijiet
Polza tal-Għażla tal-Iskola – Form 1 – Subien Riżultati Ordnati Filmat Postijiet
Polza tal-Għażla tal-Iskola – Year 1 – Bniet – Għawdex Riżultati Filmat
Polza ta’ Parteċipazzjoni – Form 1 – Bniet RiżultatiFilmat
Polza ta’ Parteċipazzjoni – Form 1 – Subien RiżultatiFilmat

Listi ta’ Applikanti għall-Poloz tal-Għażla

Agħfas hawn biex tniżżel il-lista ta’ applikanti fl-Ewwel Sena Sekondarja Subien
Agħfas hawn biex tniżżel il-lista ta’ applikanti fl-Ewwel Sena Sekondarja Bniet
Agħfas hawn biex tniżżel il-lista ta’ applikanti fl-Ewwel Sena Sekondarja Bniet – Konservatorju tal-Isqof, Għawdex

Listi ta’ Aplikanti għall-Poloz ta’ Parteċipazzjoni

Agħfas hawn biex tniżżel il-lista ta’ applikanti fl-Ewwel Sena Sekondarja Bniet
Agħfas hawn biex tniżżel il-lista ta’ applikanti fl-Ewwel Sena Sekondarja Subien

Ċirkulari

Agħfas hawn biex tniżżel iċ-ċirkulari b’informazzjoni dwar il-Postijiet fl-Ewwel Sena Sekondarja

Listi ta’ Applikanti tal-Ewwel Kriterju

Agħfas hawn biex tniżżel il-lista ta’ Applikanti tal-Ewwel Kriterju għall-Ewwel Sena Sekondarja Subien
Agħfas hawn biex tniżżel il-lista ta’ Applikanti tal-Ewwel Kriterju għall-Ewwel Sena Sekondarja Bniet

Regolamenti

Agħfas hawn biex tniżżel ir-regolamenti għad-Dħul fl-Ewwel Sena Sekondarja

Kjarifika

Agħfas hawn biex tniżżel kjarifika dwar ir-regolamenti tad-dħul għall-Kriterju 1ġ.

Agħfas hawn biex tniżżel ir-riżultati aġġornati tal-Poloz tal-Każijiet Serji

Agħfas hawn biex tniżżel ir-regolamenti għall-applikazzjonijet għal żewġ postijiet vakanti fl-Ewwel Sena Primarja fi skejjel tal-Knisja

Riżultati

Polza – Każijiet SerjiRiżultatiFilmat

List tal-Applikanti tal-Polza – Każijiet Serji

Regolamenti

Agħfas hawn biex tniżżel ir-regolamenti għall-Asylum Seekers

Agħfas hawn biex tniżżel iċ-ċirkulari b’informazzjoni dwar il-Postijiet għall-Każijiet Serji

Agħfas hawn biex tniżżel ir-regolamenti għall-Każijiet Serji

Dettalji dwar l-applikazzjonijiet

DATI – MILI TA’ APPLIKAZZJONIJIET – L-EWWEL KRITERJU

Informazzjoni ddettaljata tinsab fir-Regolamenti għad-Dħul li jistgħu jinkisbu mill-istess skejjel tal-Knisja u mill-links t’hawn fuq.

1. APPLIKAZZJONIJIET SKONT L-EWWEL KRITERJI:

Applikazzjonijiet skont il-Kriterji ta’ Tfal minn Djar tal-Knisja, ta’ tfal tal-Impjegati fl-istess skola, tal-Aħwa, ta’ transfers, ta’ tfal li ngħatatilhom eżenzjoni mill-attendenza, ta’ tfal minn Skola tal-Knisja bla Kontinwità u ta’ tfal tal-impjegati fi skola oħra (Para. 1a-1ġ) isiru:

  • fl-iskejjel li jservu ta’ ċentri:
    is-Seminarju r-Rabat, St. Angela School Zabbar, JEW St. Michael’s School Santa Venera,
    It-Tnejn 25 (kunjomijiet bl-ittri A-C),
    it-Tlieta 26 (kunjomijiet bl-ittri D-M) u
    l-Erbgħa 27 ta’ Novembru 2019 (kunjomijiet bl-ittri N-Z)
    bejn id-9:00 ta’ filgħodu u s-1:00 ta’ wara nofsinhar.

Dikjarazzjoni mill-iskola tagħhom 20/21/22 ta’ Novembru 2019 mid-9:00 sa nofsinhar.
Id-Dikjarazzjoni tista’ tniżżilha wkoll minn hawn

2. APPLIKAZZJONIJIET SKONT IL-KRITERJU KAŻIJIET SERJI

2.1 Każijiet Serji l-Ewwel Kriterji:

Applikazzjonijiet skont il-Kriterji ta’ Tfal minn Djar tal-Knisja, ta’ tfal tal-Impjegati fl-istess skola, tal-Aħwa, ta’ transfers, ta’ tfal li ngħatatilhom eżenzjoni mill-attendenza, ta’ tfal minn Skola tal-Knisja bla Kontinwità u ta’ tfal tal-impjegati fi skola oħra (Para. 1a-1ġ) isiru:

  • onlajn fuq is-sit https://church.mt/applications
    mil-Ġimgħa 22 ta’ Novembru sat-Tnejn 2 ta’ Diċembru 2019 JEW
  • billi l-ġenituri jċemplu għal appuntament l-Erbgħa 20, il-Ħamis 21 u l-Ġimgħa 22 ta’ Novembru 2019 bejn it-8:30 ta’ filgħodu u s-2:00 ta’ wara nofsinhar fuq in-numru tat-telefown 2590 6309 jew 2590 6306.
    L-Erbgħa 20 ta’ Novembru jċemplu dawk ta’ kunjomijiet li jibdew bl-ittri A-C.
    Il-Ħamis 21 ta’ Novembru dawk ta’ kunjomijiet li jibdew bl-ittri D-M.
    Il-Ġimgħa 22 ta’ Novembru dawk ta’ kunjomijiet li jibdew bl-ittri N-Z.

Dikjarazzjoni mill-iskola tagħhom 20/21/22 ta’Novembru 2019 mid-9:00 sa nofsinhar.
Id-Dikjarazzjoni tista’ tniżżilha wkoll minn hawn

Applikazzjonijiet bl-appuntament: Il-Kurja tal-Arċisqof, Floriana mill-25 sas-27 ta’ Novembru 2019

APPLIKAZZJONIJIET TARD

Applikazzjonijiet tard tal-Ewwel Kriterju (Para. 1a-1ġ):

  • fil-Kurja tal-Arċisqof nhar it-Tlieta 17 ta’ Diċembru 2019
    bejn id-9:00 a.m. u s-1:00 ta’ wara nofsinhar.
DOKUMENTI MEĦTIEĠA MILL-APPLIKANTI

Min japplika għandu jieħu miegħu dawn id-dokumenti:

a. Il-Kattoliċi u Nsara oħra jippreżentaw Ċertifikat tal-Magħmudija.
b. Estratt taċ-Ċertifikat tat-Twelid (tal-Insinwa) tat-tifel/ tifla.
ċ. Trid tiġi ppreżentata l-Karta tal-Identità ta’ missier jew omm it-tifel/ tifla. M’hemmx bżonn ta’ fotokopja.
d. Ritratt tat-tifel/ tifla (daqs ta’ passaport).
e. Dikjarazzjoni dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data, iffirmata mill-ġenituri jew il-kustodju. Din id-Dikjarazzjoni tista’ tniżżilha minn hawn
f. Dikjarazzjoni Programm Edukattiv mill-Kap tal-Iskola li fiha jiġi ndikat jekk it-tifel/ tifla għandux bżonn xi għajnuna, b’mod partikulari jekk għandux bżonn l-għajnuna ta’ L.S.E. Din id-Dikjarazzjoni tista’ tniżżilha minn hawn Din id-Dikjarazzjoni mhix applikabli għal-Kinder 1.
ġ. Il-mili ta’ din l-applikazzjoni minn ġenitur wieħed, jew ta’ rappreżentant tal-ġenituri, tindika li hemm qbil bejn il-ġenituri li ssir din l-applikazzjoni. Jekk xi ħadd mill-ġenituri ma jaqbilx ma’ din l-applikazzjoni jew mhux infurmat bl-applikazzjoni, u ma tahx il-kunsens tiegħu/ tagħha, din l-applikazzjoni tirriżulta invalida.
g. Meta l-ġenituri huma separati jeħtieġ dokument riċenti li jindika l-kustodja u r-responsabiltà għall-edukazzjoni tat-tifel/ tifla.
Meta l-Qorti ddeċidiet li l-kustodja u/ jew l-edukazzjoni tal-ulied hija konġunta, allura hemm bżonn il-firma (kunsens) taż-żewġ ġenituri u kopja tal-aħħar dokument tal-Qorti.
Mad-dokumenti mitluba f’Para. 1a-ġ, iridu jiġu ppreżentati wkoll id-dokumenti msemmija hawn taħt skont il-kriterju li wieħed qed japplika fih:
għ. Jekk qed tapplika skont il-Kriterju ta’ Tfal minn Djar tal-Knisja:
Dikjarazzjoni fuq formola apposta, mimlija u ffirmata mid-Direttur tad-Dar tal-Knisja li turi lit-tifel/ tifla huwa/ hija residenti fid-Dar tal-Knisja.
Din id-Dikjarazzjoni għandha ssir dakinhar tal-applikazzjoni. Għandha tiġi ndikata wkoll l‑iskola li għandu jinkiteb fiha t-tifel/ tifla.
Id-Dikjarazzjoni tista’ tniżżilha minn hawn
h. Jekk qed tapplika skont il-Kriterju tal-Aħwa:
i. Ċertifikat tat-twelid tar-Reġistru Pubbliku (tal-Insinwa) tal-aħwa l-oħra;
ii. Fotokopja tal-Karta tal-Identità taż-żewġ ġenituri; u
iii. Dikjarazzjoni fuq formola apposta, mimlija u ffirmata mill-kap tal-iskola fejn jattendu l‑aħwa l-oħra. Din id-Dikjarazzjoni tinġabar mill-iskola l-Erbgħa 20, il-Ħamis 21 u l-Ġimgħa 22 ta’ Novembru 2019 mid-9:00 ta’ filgħodu sa nofsinhar u d-Dikjarazzjoni tista’ tniżżilha wkoll minn hawn
iv. F’każ ta’ tfal adottati jew li qegħdin f’foster families, ċertifikat mill-Aġenzija li jindika li t-tifel/ tifla huma adottati, jew hemm ftehim ta’ fostering.
ħ. Jekk qed tapplika skont il-Kriterji ta’ tfal tal-impjegati fl-istess skola, ta’ transfers, ta’ Skola bla Kontinwità jew ta’ tfal tal-impjegati fi skola oħra:
Dikjarazzjoni fuq formola apposta, mimlija u ffirmata mill-kap tal-iskola. Din id-Dikjarazzjoni tinġabar mill-iskola l-Erbgħa 20, il-Ħamis 21 u l-Ġimgħa 22 ta’ Novembru 2019 mid-9:00 ta’ filgħodu sa nofsinhar u d-Dikjarazzjoni tista’ tniżżilha wkoll minn hawn.
Fl-istess ġranet l-impjegati tas-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija għandhom jiġbru d-Dikjarazzjoni mimlija u ffirmata mingħand id-Delegat għall-Edukazzjoni Nisranija.
i. Applikanti li għandhom Statement of Needs li jgħid “Learner’s needs are to be met by Class Teacher” għandhom jippreżentaw li Statement of Needs u l-aħħar rapport mill-psikologu edukattiv.
j. Jekk qed tapplika skont il-Kriterju ta’ każijiet Serji:
i. Ittra bi spjegazzjoni tar-raġunijiet serji
ii. Ċertifikati rilevanti nkluż riżultat tal-eżamijiet tas-sena ta’ qabel fejn hemm
iii. Li Statement of Needs maħruġ mill-istatementing moderating panel u l-IEP
iv. Meta l-każ għadu mhux konkluż mal-istatementing moderating panel tad-Dipartiment tal-Edukazzjoni, tiġi ppreżentata kopja tal-applikazzjoni għand l-istatementing board jew l-aħħar rapport dwar il-bżonnijiet tat-tifel/ tifla mingħand psikologu edukattiv
v. Min ikun għadu ma ġiex statemented huwa obbligat li jippreżenta li Statement of Needs meta dan jingħata.

DATI – MILI TA’ APPLIKAZZJONIJIET – APPLIKANTI OĦRA

Informazzjoni ddettaljata tinsab fir-Regolamenti għad-Dħul li jistgħu jinkisbu mill-istess skejjel tal-Knisja u mill-links t’hawn fuq.

APPLIKAZZJONIJIET SKONT IT-TIELET KRITERJU: APPLIKANTI OĦRA
  • fl-iskejjel li jservu ta’ ċentri fejn jimtlew l-applikazzjonijiet
    it-Tnejn 3, it-Tlieta 4, u l-Erbgħa 5 ta’ Frar, 2020 bejn id-9:00 ta’ filgħodu u nofsinhar
    Wieħed għandu jmur japplika f’waħda mill-iskejjel imniżżla skont il-livell tad-dħul.

L-applikazzjonijiet għall-ewwel sena kindergarten: Twieldu fis-sena 2017 u
L-applikazzjonijiet għat-tieni sena kindergarten: Twieldu fis-sena 2016
isiru f’waħda minn dawn l-iskejjel it-Tnejn 3, it-Tlieta 4 u l-Erbgħa 5 ta’ Frar, 2020
bejn id-9:00 ta’ filgħodu u nofsinhar:

Is-Seminarju – Rabat St. Aloysius College Primary – Balzan
St. Joseph – Paola St. Angela – Żabbar

L-applikazzjonijiet għall-ewwel sena primarja: Twieldu fis-sena 2015 u
L-applikazzjonijiet għal-ewwel sena sekondarja: Twieldu fis-sena 2009

isiru f’waħda minn dawn l-iskejjel it-Tnejn 3, it-Tlieta 4 u l-Erbgħa 5 ta’ Frar, 2020 bejn id-9:00 ta’ filgħodu u nofsinhar:

De La Salle College – Birgu Kulleġġ Missjunarju San Pawl – Rabat St. Michael – Santa Venera

It-Tnejn 3 ta’ Frar jimtlew applikazzjonijiet ta’ kunjomijiet li jibdew bl-ittri A-C.
It-Tlieta 4 ta’ Frar dawk ta’ kunjomijiet li jibdew bl-ittri D-M.
L-Erbgħa 5 ta’ Frar dawk ta’ kunjomijiet li jibdew bl-ittri N-Z.

APPLIKAZZJONIJIET SKONT IL-KRITERJU KAŻIJIET SERJI

Każijiet Serji t-Tielet Kriterju: Applikanti Oħra

  • billi l-ġenituri jċemplu għal appuntament mit-Tlieta 28 ta’ Jannar sal-Ħamis 30 ta’ Jannar 2020 bejn it-8:30 ta’ filgħodu u s-2:00 ta’ wara nofsinhar fuq in-numru tat-telefown 2590 6309 jew 2590 6306.

    It-Tlieta 28 ta’ Jannar iċemplu dawk ta’ kunjomijiet li jibdew bl-ittri A-C
    L-Erbgħa 29 ta’ Jannar dawk ta’ kunjomijiet li jibdew bl-ittri D-M
    Il-Ħamis 30 ta’ Jannar dawk ta’ kunjomijiet li jibdew bl-ittri N-Z

Applikazzjonijiet bl-appuntament: Il-Kurja tal-Arċisqof, Floriana mit-Tnejn 3 sal-Ħamis 5 ta’ Frar 2020

APPLIKAZZJONIJIET TARD

Applikazzjonijiet tard tal-Applikanti Oħra:

  • fil-Kurja tal-Arċisqof jew fl-iskola St. Michael, Triq il-Kanun Santa Venera nhar il-Ħamis 27 ta’ Frar 2020 bejn id-9:00 a.m. u s-1:00 ta’ wara nofsinhar.
  • fil-Kurja tal-Arċisqof nhar il-Ħamis 27 ta’ Frar 2020 bejn id-9:00 a.m. u s-1:00 ta’ wara nofsinhar għal Każijiet Serji Applikanti Oħra.
DOKUMENTI MEĦTIEĠA MILL-APPLIKANTI

Min japplika għandu jieħu miegħu dawn id-dokumenti:

a. Il-Kattoliċi u Nsara oħra jippreżentaw Ċertifikat tal-Magħmudija.
b. Estratt taċ-Ċertifikat tat-Twelid (tal-Insinwa) tat-tifel/ tifla.
ċ. Trid tiġi ppreżentata l-Karta tal-Identità ta’ missier jew omm it-tifel/ tifla. M’hemmx bżonn ta’ fotokopja.
d. Ritratt tat-tifel/ tifla (daqs ta’ passaport).
e. Dikjarazzjoni dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data, iffirmata mill-ġenituri jew il-kustodju. Din id-Dikjarazzjoni tista’ tniżżilha minn hawn
f. Dikjarazzjoni Programm Edukattiv mill-Kap tal-Iskola li fiha jiġi ndikat jekk it-tifel/ tifla għandux bżonn xi għajnuna, b’mod partikulari jekk għandux bżonn l-għajnuna ta’ L.S.E. Din id-Dikjarazzjoni tista’ tniżżilha minn hawn Din id-Dikjarazzjoni mhix applikabli għal-Kinder 1.
ġ. Il-mili ta’ din l-applikazzjoni minn ġenitur wieħed, jew ta’ rappreżentant tal-ġenituri, tindika li hemm qbil bejn il-ġenituri li ssir din l-applikazzjoni. Jekk xi ħadd mill-ġenituri ma jaqbilx ma’ din l-applikazzjoni jew mhux infurmat bl-applikazzjoni, u ma tahx il-kunsens tiegħu/ tagħha, din l-applikazzjoni tirriżulta invalida.
g. Meta l-ġenituri huma separati jeħtieġ dokument riċenti li jindika l-kustodja u r-responsabiltà għall-edukazzjoni tat-tifel/ tifla. Meta l-Qorti ddeċidiet li l-kustodja u/ jew l-edukazzjoni tal-ulied hija konġunta, allura hemm bżonn il-firma (kunsens) taż-żewġ ġenituri u kopja tal-aħħar dokument tal-Qorti.
Applikanti li għandhom Statement of Needs li jgħid “Learner’s needs are to be met by Class Teacher” għandhom jippreżentaw li Statement of Needs u l-aħħar rapport mill-psikologu edukattiv.
Jekk qed tapplika skont il-Kriterju ta’ każijiet Serji:
i. Ittra bi spjegazzjoni tar-raġunijiet serji
ii. Ċertifikati rilevanti nkluż riżultat tal-eżamijiet tas-sena ta’ qabel fejn hemm
iii. L-iStatement of Needs maħruġ mill-istatementing moderating panel u l-IEP
iv. Meta l-każ għadu mhux konkluż mal-istatementing moderating panel tad-Dipartiment tal-Edukazzjoni, tiġi ppreżentata kopja tal-applikazzjoni għand l-istatementing board jew l-aħħar rapport dwar il-bżonnijiet tat-tifel/ tifla mingħand psikologu edukattiv
v. Min ikun għadu ma ġiex statemented huwa obbligat li jippreżenta li Statement of Needs meta dan jingħata.

Agħfas like fuq il-paġna tal-Arċidjoċesi ta’ Malta fuq Facebook u rreġistra għan-newsletter tal-Arċidjoċesi ta’ Malta biex iżżomm ruħek aġġornat dwar il-proċess għad-dħul fl-Iskejjel tal-Knisja.


Dħul fis-Sixth Forms tal-Knisja 2020-2021

Agħfas hawn għal aktar dettalji dwar il-process għad-dħul fis-Sixth Forms tal-Knisja.

Għal aktar informazzjoni ċempel:
Kulleġġ De La Salle – 21826447 / 23974205
Kulleġġ San Alwiġi – 22793257

Jew ibgħat email fuq: [email protected]