Indirizz
Palazz tal-Arċisqof
Triq l-Arċisqof
Il-Belt Valletta VLT 1448
Telefown
20119911
Ħinijiet tal-Ftuħ
1 ta’ Ottubru sa 15 ta’ Ġunju:
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa (minbarra l-Ħamis): 8.00 a.m. – 4.00 p.m.
Is-Sibt: 8.00 a.m. – 12.00 p.m.
16 ta’ Ġunju sa 30 ta’ Settembru:
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa (minbarra l-Ħamis): 8.00 a.m. – 1.00 p.m.
Is-Sibt: 8.00 a.m. – 12.00 p.m.
Website
Imejl
Dun Brendan Mark Gatt twieled fil‑25 ta’ Marzu 1978. Huwa rċieva l‑edukazzjoni primarja u sekondarja fil‑Kulleġġ De La Salle, il‑Birgu. F’Settembru 1997 huwa daħal is‑Seminarju tal‑Arċisqof, Tal-Virtù, filwaqt li studja l‑filosofija u t‑teoloġija fl‑Università ta’ Malta. Bħala parti mill‑formazzjoni saċerdotali tiegħu, matul is‑sena akkademika 1999 – 2000, huwa qatta’ sitt xhur jaħdem bħala ġurnalist u producer ma’ Radju RTK, u sitt xhur oħra jikseb esperjenza pastorali fil‑parroċċa Our Lady of Mercy, fil‑belt ta’ Baton Rouge, Louisiana (USA). Dun Brendan ġie ordnat saċerdot fid‑29 ta’ Ġunju 2004. F’Settembru tal‑istess sena kompla l‑istudji tiegħu billi speċjalizza fil‑Liġi Kanonika fl‑Università Pontifiċja Gregorjana, Ruma. F’Ġunju 2007 huwa kiseb Liċenzjat fil‑Liġi Kanonika.
Wara dan, Dun Brendan segwa wkoll il‑kors speċjalizzat ta’ Diploma fil‑Ġurisprudenza Kanonika fl‑istess università. F’Ġunju 2009 huwa rritorna Malta fejn ħadem bħala Difensur taż‑Żwieġ u Promotur tal‑Ġustizzja fit‑Tribunal Ekkleżjastiku tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta (l‑Ewwel Istanza).
Bejn l‑2011 u l‑2014 Dun Brendan serva wkoll bħala Mħallef fit‑Tribunal Ekkleżjastiku tad‑Djoċesi ta’ Għawdex. Fl‑2014 ġie maħtur Imħallef fit‑Tribunal Reġjonali tat‑Tieni Istanza, u f’Ġunju tal‑2015 sar Imħallef fit‑Tribunal Ekkleżjastiku tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta (l‑Ewwel Istanza).
Matul dawn is‑snin, Dun Brendan serva wkoll f’parroċċi u f’komunitajiet diversi, inkluż il‑parroċċa tiegħu, il‑Mosta. Bejn l‑2009 u l‑2012 huwa kien Rettur taż‑Żona Pastorali Marija Omm il‑Knisja, f’Ta’ Mlit, il‑Mosta. Mill‑2014 ‘l hawn huwa qed jgħin bħala saċerdot fil‑Parroċċa ta’ San Ġużepp, l‑Msida; bejn l‑2015 u l‑2016 kien ukoll membru tal‑Bord tad‑Diretturi ta’ Radju RTK. Bħalissa huwa jservi wkoll bħala direttur spiritwali ta’ diversi għaqdiet u gruppi fosthom it-Tiġdid Kariżmatiku Kattoliku f’Malta, u VOTO, il-Voluntiera tal-Ordni ta’ San Ġwann (SMOM).
Vigarju Ġudizzjali
Dun Brendan Mark Gatt, S.Th.B., J.C.L., Dip. Juris. (Greg)
Imejl: [email protected]
Mħallfin
Dr Josella Farrugia, LL.D., Dip. Trib. Eccl. Melit.
Imejl: [email protected]
Rev. Walter Vassallo, O.F.M., S.Th.B., J.C.L.
Imejl: [email protected]
Dr Mariella Wettinger, B.A., LL.D, Dip. Trib. Eccl. Melit.
Imejl: [email protected]
Dun Joseph Zammit, J.U.D., Dip. Trib. Eccl. Melit.
Imejl: [email protected]
Difensur taż-Żwieġ u Promotur tal-Ġustizzja
Dun Kevin Schembri, S.Th.L., J.C.D. (Juris.)
Pariri lill-partijiet involuti
Mons. Louis Camilleri, B.A., Lic.D.
Imejl: [email protected]
Awdituri
Dr Stephanie Galea B.A., LL.D.
Dr Martha Travers Tauss, B.A., M.A. Financial (Serv.), LL.D., M.A. Canon Law and Jurisprudence
Nicolina Farrugia, S.R.N., Dip. Soc. Studies; M.A.Theology and Human Studies
Kanċillier
Joanna Camilleri, Dip.T rib. Eccl. Melit.
Imejl: [email protected]
Viċi Kanċillier
Mariella Muscat, Dip. Management Studies
Nutara
Carmen Zammit Cesare
Janet Gauci
Janice Farrugia
Deputati Difensuri taż-Żwieġ
Dr Mario Calleja, LL.D, M.A. Canon Law and Jurisprudence
Dr Lorna Muscat, B.A., LL.D, Dip. Trib. Eccl. Melit.
Dr Dorianne Vella, B.A., LP, LL.D, Dip. Trib. Eccl. Melit., Dip. Human Rights Law (London), LL.M Family Law (London)
Mandy Vella B.Ed ( Hons), M.A. Matrimonial Canon Law & Jurisprudence
Agħfas hawn għal aktar informazzjoni dwar it-Tribunal Reġjonali Tat-Tieni Stanza.