
Is-Sur Kevin Papagiorcopulo
Head of Media
Telefon
21241281
Imejl
kevpapps@maltadiocese.org
Kevin Papagiorcopulo twieled San Ġiljan fit‑30 ta’ Jannar 1980. Beda jaħdem mas-Segretarjat għall‑Mezzi ta’ Komunikazzjoni Soċjali tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta fil‑15 ta’ Ġunju 2009, fil‑kariga ta’ Uffiċjal tal‑Kommunikazzjoni. Huwa nħatar Kap tal‑Media mill‑Arċisqof Charles J. Scicluna fit‑30 ta’ Jannar 2015. Papagiorcopulo jirrapreżenta l‑Konferenza Episkopali Maltija fil‑laqgħat tal‑Komunikazzjoni Soċjali tal‑Kunsill tal‑Konferenzi Episkopali Ewropej (CCEE).
Huwa kien ukoll membru tal‑Bord tad‑Diretturi ta’ Radju RTK u kien membru tal‑Bord tad‑Diretturi ta’ Media Centre Ltd. Bħala membru tal-Bord tal-RTK huwa kien responsabbli mir-riforma fil-kamra tal-aħbarijiet u mit-twaqqif tan-newsportal Newsbook.com.mt.
Fl‑2003 Papagiorcopulo ggradwa b’Baċellerat fil‑Komunikazzjoni mill‑Università ta’ Malta, fejn studja wkoll ir‑Relazzjonijiet Internazzjonali. Attenda korsijiet ta’ taħriġ u konferenzi fil‑ġurnaliżmu u l‑media, lokalment u barra minn Malta.
Papagiorcopulo kien ġurnalist ma’ Radju RTK bejn l‑2001 u l‑2004, u mal‑Istazzjon Nazzjonali (PBS Ltd.) bejn l‑2004 u l‑2009. F’dawn il‑karigi, pproduċa u ppreżenta programmi ta’ ġrajjiet kurrenti u l‑aħbarijiet, u akkumpanja lill‑Kapijiet tal‑Istat fi żjarat uffiċjali barra minn Malta. Serva wkoll bħala direttur tal‑Printing Matters Appeals Board.
Għal perijodu ta’ żmien wara li ggradwa huwa ħadem maż‑żgħażagħ fil‑grupp Kattoliku ‘Y4J’. Matul dan il-perjodu, huwa pproduċa u ppreżenta serje ta’ programmi televizivi soċjo‑reliġjużi.
Uffiċċju Komunikazzjoni
Communications Officer
Franica Pulis
Telefon
25906302
Imejl
franica.pulis@maltadiocese.org
Digital Media Officer
Nicholas Agius
Telefon
2590 6304
Imejl
nicholas.agius@maltadiocese.org
Visual Media Officer
Ian Noel Pace
Telefon
2590 6758
Imejl
ian.pace@maltadiocese.org
Administrative Secretary
Shirlee Zammit Munro
Telefon
2590 6307