Vigarju Episkopali għad-Djakonija

Mons. Charles Cordina
Telefown: 25906629
Imejl: charles.cordina@maltadiocese.org
Ir-rwol tal-Vigarju Episkopali għad-Djakonija huwa li jmexxi l-ħidma tal-Knisja fix-xogħol soċjali tagħha.
Agħfas hawn biex tniżżel id-direttorju tas-Segretarjat għad-Djakonija.
Kummissjoni Migranti

Fr Anton D’Amato, Direttur
Telefown: 2124 0255, 2123 2545
Imejl: anton.damato@migrants.mt
Ir-rwol tad-Direttur tal-Kummissjoni Migranti hu li flmkien mal-Kunsill tal-Kummissjoni jgħati direzzjoni lill-ħidma tal-Knisja f’Malta fost l-imigranti li hawn f’pajjiżna u anke li jżomm kuntatt mal-emigranti Maltin.
Caritas

Anthony Gatt, Direttur
Telefown: 25906600
Imejl: anthony.gatt@caritasmalta.org
Ir-rwol tad-Direttur tas-servizzi li toffri l-Caritas f’Malta fid-diversi oqsma soċjali, jinkludi s-servizzi residenzjali kif ukoll servizzi fil-komunità għar-rijabilitazzjoni mid-droga, il-ħidma fil-komunità favur persuni vulnerabbli inkluż anzjani (HelpAge), riċerka u żvilupp, kif ukoll ħidmiet ta’ sapport u għajnuna professjonali lil diversi persuni u familji f’diffikultà.
Djar għat-Tfal

Yvonne Mallia, Direttur
Telefown: 22470920
Imejl: yvonne.mallia@sebh.mt
Ir-rwol tad-direttur tad-Djar tat-Tfal huwa li jikkordina l-ħidma tal-Istituti tat-tfal u li jaċċerta li qed iseħħ l-iżvilupp meħtieġ tat-tfal.
Djar għall-Anzjani

André Vassallo Grant, Direttur
Telefown: 25906444
Mowbajl: 99429775
Imejl: andre.vassallo.grant@maltadiocese.org
Il-Knisja f’Malta tqis il-kura tal-persuni anzjani bħala waħda mid-dmirijiet pastorali kbar tagħha. Dan tagħmlu permezz tad-Djar tal-Anzjani li huma memxxija kemm minn kongregazzjonijiet u għaqdiet kif ukoll mill-Amministrazzjoni Ċentrali.
Djar għall-Persuni b’Diżabilità

Dun Martin Micallef, Direttur
Telefown: 21462844
Mowbajl: 99856928
Imejl: mmicallef@dartalprovidenza.org
Ir-rwol tad-Direttur tad-Dar tal-Providenza huwa li jmexxi ‘l quddiem l-għan li għalih twaqqfet id-Dar tal-Providenza minn Mons. Mikiel Azzopardi, dak li toffri servizzi residenzjali lil persuni b’diżabilità filwaqt li tagħtihom is-saħħa li jemmnu fihom infushom f’ambjent li jixbah il-familja u li jkabbar l-abbilitajiet tagħhom biex hekk huma jkunu jistgħu jipparteċipaw b’mod sħiħ fis-soċjetà.