Fl-okkażjoni tas-Solennità ta’ Għid il-Ħamsin, li tfakkar il-miġja tal-Ispirtu s-Santu fuq l-appostli, l-Arċisqof Charles Scicluna wassal messaġġ ta’ kuraġġ lill-adolexxenti li qegħdin jippreparaw għall-Griżma tal-Isqof.
Mill-uffiċċju tiegħu fil-Kurja, l-Arċisqof fakkarhom li l-Ispirtu s-Santu li se jirċievu ‘l quddiem f’dan is-sagrament huwa dak li se jibqa’ magħhom għal dejjem.