-
Il-Kurja tixtieq tavża li l-Arċisqof Charles J. Scicluna jinsab Ruma biex mil-lum, it-Tlieta 21 ta’ April 2015, jagħti kors dwar il-Proċeduri Penali skont il-Liġi tal-Knisja, fil-Pontificia Università Gregoriana. L-Arċisqof ser jattendi wkoll għal-laqgħa regolari tal-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi, fil-Vatikan. Mons. Scicluna mistenni lura Malta nhar il-Ħadd 26 ta’ April 2015.