• Nhar il-Ġimgħa 21 ta’ Novembru l-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona O.P. kien mistieden għal laqgħa indirizzata lill- Adolexxenti minn għaqdiet differenti madwar Malta, li ġew flimkien għal edizzjoni oħra ta’ MEETEEN, ġewwa t-Teatru Salesjan f’Tas-Sliema. Fil-messaġġ tiegħu l-Isqqof Cremona, irringrazzja lill-adolexxenti għall-ispirtu u ix-xhieda tagħhom. Min-naħa tagħhom, il-parteċipanti żgħar taw ġieh lill-Mons. Cremona għall-gwida tiegħu matul is-snin kemm dam Arċisqof ta’ Malta.

    MEETEEN hija okkażżjoni annwali fil-bidu tal-festi ta’ Kristu Re. Din id-darba, l-attività kienet imħejjija miss-Oratorju Salesjan, bil-kordinazzjoni tal-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ.

  • Ritratti: Photocity, Valletta
    www.photocitymalta.com