-
-
Nhar it-Tlieta 13 ta’ Diċembru 2016, f’Jum ir-Repubblika, l-Arċisqof Emeritu Monsinjur Pawlu Cremona ingħata l-unur ta’ Kumpann fl-Ordni Nazzjonali tal-Mertu. Dan huwa l-ogħla ġieħ fl-ogħti ta’ midalji u unuri b’għarfien mill-Istat għas-seba’ snin li mexxa l-Knisja f’Malta bħala Arċisqof, fix-Xirka Ġieħ ir-Repubblika.
-
-
Is-Sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta’ Ġesù, sorijiet li jagħtu s-servizz tagħhom f’Londra ingħataw ukoll midalja għall-Qadi tar-Repubblika.
Il-Knisja f’Malta tifraħ għar-rikonoxximent mogħti lill-Arċisqof Emeritu, lis-Sorjiet Franġiskani tal-Qalb ta’ Ġesù, lil Fr Anthony Edmond Caruana u lill-persuni l-oħrajn kollha.
-
Ritratti: DOI – Pierre Sammut