L-Arċisqof Emeritus Mons. Pawlu Cremona O.P. ħa sehem fil-pellegrinaġġ annwali għall-morda organizzat mill-Assoċjazzjoni Voluntarji Lourdes. Din is-sena għal dan il-pellegrinġġ, li sar bejn il-Ħamis 29 ta’ Awwisu u l-Ħadd l-1 ta’ Settembru 2024, attendew 175 pellegrin minn Malta u Għawdex.
Huwa kkonċelebra f’quddiesa li saret fil-Grotta ta’ Massabielle mmexxija minn Fr Martin Micallef, Vigarju Episkopali għad-Djakonija u Direttur tad-Dar tal-Providenza, Patri Dijonisju Mintoff OFM, Direttur tal-Laboratorju tal-Paċi, Patri Jose Debono OCD, Provinċjal tat-Tereżjani u Patri Mario Sant OFM Conv. wieħed mill-patrijiet li jagħtu servizz lill-morda f’Londra.
Il-Ħadd l-1 ta’ Settembru l-Arċisqof Cremona kkonċelebra wkoll waqt il-quddiesa internazzjonali li saret fis-Santwarju ta’ Notre Dame de Lourdes li tmexxiet mill-Kardinal Enrico Feroci. Huwa ħa sehem ukoll fil-purċissjoni bis-sagrament li saret il-Ġimgħa 31 ta’ Awwissu kif ukoll f’waħda mill-purċissjonijiet tal-Aux Flambeaux li ssir kull filgħaxija fil-pjazza prinċipali ta’ quddiem is-Santwarju ta’ Lourdes