Nhar l-Erbgħa 17 t’April 2013, l-Arċisqof Pawl Cremona O.P. jlaqqa’ l-ewwel Djalogu maż-żgħażagħ ġewwa Pjazza San Pawl, l-Imdina, bejn 7:30pm u 8:30pm. Is-serje ta’ żewġ ‘Djalogi fl-Imdina’, jġibu flimkien lill-Arċisqof u liż-żgħażagħ, fejn ikollom l-opportunità jaqsmu l-ideat tagħhom bejniethom.

Dawn l-iskambji se jittrattaw it-tema tal-Fidi u l-post tagħha fil-ħajja kontemporanja. Dawn il-laqgħat jinkludu wkoll mumenti qosra ta’ talb u animazzjoni.

Id-Djalogi tal-Imdina huma kkordinati mill-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ bil-kollaborazzjoni ta’ LinkYounths, G7.30, Connections, il-Moviment Focolare y Youths4Jesus. Aktar dettalji fuq www.kdz.org.mt