Nhar il-Ħamis, 25 ta’ Novembru, 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. bierek statwa ġdida tal-Papa Ġwanni Pawlu II fir-residenza San Vincenz de Paule. L-istatwa inħadmet minn Michael Bonniċi, li jaħdem mal-anzjani fil-blokk imsemmi għall-istess Papa, li ġie inawgurat f’Mejju 2010 u li fih jilqa’ fih 144 resident li jbagħtu minn dimensja.
L-Assistent Parlamentari fil-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita’, l-Onor. Peter Micallef, dawwar lill-Arċisqof madwar il-blokk Ġwanni Pawlu II u spjegalu l-ħidma li ssir.
Ritratti: DOI