• Il-Ħamis 2 t’April 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna iċċelebra t-Tifkira solenni tal-Ikla tal-Mulej, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Matul din il-Quddiesa, fuq l-eżempju ta’ Ġesù, l-Arċisqof ħasel riġejn numru ta’ rġiel, u ta’ mara. Kienet xewqa tal-Arċisqof Scicluna li jiġu mistiedna persuni, bil-familji tagħhom, li jagħtu xi tip ta’ servizz fil-komunità. Dawn huma: l-Onor. Carmelo Abela MP, l-Onor. David Agius MP, Ray Zammit (Deputat Kummissarju tal-Puluzija/ Agent Direttur C.C.F.), Stephen Mallia  (Supretendent tal-Puluzija), Andrew Azzopardi (Kap tal-Kummissjoni tal-Knisja għall-ħarsien tat-tfal u l-adulti vulnerabbli), Charles Delia (Kurja), Mark Bonanno (nurse), Godwin Catania (nurse), Marco Grixti (nurse), Louis Bellizzi (voluntier fil-fondazzjoni għall-vittmi tal-użura fi ħdan il-Caritas), Andre Cassar (voluntier fil-grupp għall-persuni romol u separati fi ħdan il-Caritas), Twanny Cutajar (Hospice Movement), Mario Micallef (xandar, PBS). Kien hemm ukoll mara ta’ nazzjonalità barranija, li waqt il-ħasil tar-riġlejn talbet barka speċjali mingħand l-Arċisqof, li l-laqa’ bil-ferħ t-talba tagħha u ħaslilha riġlejha. 

    Fi tmiem din il-Quddiesa, l-Arċisqof wassal is-Sagrament Imqaddes fil-kappella tar-ripożizzjoni, għall-qima tal-Insara.
     

  • Ritratti: Photocity, Valletta

    www.photocitymalta.com