Nhar il-Ġimgħa, 22 ta’ Ottubru, 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona żar id-Dipartiment tal-Artijiet. Is-Segretarju Parlamentari għal Negozji Żgħar u Artijiet, l-Onor. Jason Azzopardi laqa’ lill-Arċisqof Pawlu Cremona fil-Berġa tal-Baviera, l-Belt Valletta.
F’kelmtejn tal-okkażjoni, l-Onor. Azzopardi qal li Mons. Pawl Cremona huwa l-ewwel Arċisqof li żar dan il-bini kemm ilu jilqa’ fih id-Dipartiment tal-Proprjeta’ tal-Gvern. Huwa feraħ lill-Arċisqof li laqa’ l-istedina tiegħu biex jiċċelebra Quddiesa għall-ħaddiema tal-Government Property Division (GPD).
Qabel il-Quddiesa, d-Direttur Ġenerali tal-GPD, Alfred Bezzina ppreżenta donazzjoni li ġabru bejniethom il-ħaddiema, biex l-Arċisqof jgħaddiha lid-Dar tal-Providenza. Il-ħaddiema ppreżentaw lill-Arcisqof, l-emblema tiegħu maħduma bl-idejn minn wieħed mill-ħaddiema tal-istess taqsima.
Photos – DOI, Clodagh Farrugia O’Neill