Nhar il-Ġimgħa, 6 ta’ Awissu, 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremoan O.P. żar l-Iskola Sajf organizzata mis-Sorijiet ta’ Madre Tereża, fl-Iskola Marija Assunta, Ħamrun. L-Iskola Sajf, ta’ kull sena, tilqa’ fiha tfal mill-Belt Valletta, Bormla, Birgu u Senglea. Matul il-ħames ġimgħat li ddum l-iSkola Sajf, dawn it-tfal, li xi uħud ġejjin, minn ambjent ta’ familji mfarrka, jiġu mgħallma jagħmlu crafts, jkantaw u jieħdu sehem f’bosta attivitajiet oħra biex jitgħallmu li minkejja dak kollu li għaddejjin minnu Alla Huwa dejjem magħhom. Ta’ kull sena bosta helpers fosthom studenti Universitarji u Seminaristi jagħtu daqqa t’id fl-Iskola Sajf.
Jekk kont preżenti għal din l-attivita’, ħalli l-kummenti tiegħek.
Click on the photo to enlarge. The photos of the Archbishop’s events may be purchased from PHOTOCITY, Valletta. Tel: 21236723. Email: [email protected]