Il-Ġimgħa, 8 ta’ Jannar 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP żar l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-Belt, u ddawwar ma’ l-uffiċini fejn iltaqa’ mad-diretturi u l-ħaddiema. F’dan il-ħin l-Arċisqof ħa l’opportunita’ biex jitkellem magħhom individwalment. Wara, l-Arċisqof iċċelebra Quddiesa fejn fl-omelija saħaq li filwaqt li t-teħid tal-istatistika huwa mportanti, din ma għandhiex titratta lil kull individwu bħala numru. Huwa ġab eżempju ta’ diżastru naturali fejn mietu 200,000 ruħ. Mil-lat ta’ statistika, qal Mons Cremona, dawn huma biss ċifra imma għal Alla huma 200,000 individwu li isimhom huwa minqux fuq il-pala ta’ idejĦ. L-Arċisqof ikkonkluda l-omelija tiegħu billi qal li jekk persuna mhix lesta li tilqa’ l-kelma ta’ Alla, Hu ma jistax jaħdem permezz tagħha.
Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]
Jekk kont preżenti għal din l-attivita’, ħalli l-kummenti tiegħek.