-
Arċipriet ġdid għall-Parroċċa tal-Birgu
-
-
-
L‑Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lil Kan. Dun Karm Busuttil bħala Arċipriet tal‑Parroċċa tal‑Birgu.
Dun Karm Busuttil twieled fil‑15 ta’ Lulju 1959. Huwa rċieva l‑edukazzjoni primarja u sekondarja fiż‑Żurrieq u fis‑Seminarju Minuri, ir‑Rabat. Kompla l‑istudji terzjarji fl‑Università ta’ Malta fejn matul is-snin iggradwa fil‑Filosofija, it‑Teoloġija, id‑Drittijiet tal‑Bniedem, il‑Liġi Internazzjonali u l‑Istudji Diplomatiċi.
Dun Karm ġie ordnat saċerdot fis‑27 ta’ Frar 1987 u nħatar bħala Viċi Kappillan ta’ Ħaż‑Żabbar. Fl‑1996 beda jservi fit‑Taqsima Amministrazzjoni tal‑Kurja u jaqdi dmirijiet pastorali fil‑Parroċċa ta’ Santa Katerina, iż‑Żurrieq, fejn għandu jservi sal‑lum.
-
-
Il‑Parroċċa tal‑Birgu tiġbor fiha madwar 2,958 persuna f’1,011 familja.
-
Kappillan ġdid għall-Parroċċa ta’ Santa Luċija
-
-
-
L‑Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lil Kan. Dun Joseph Mizzi bħala Kappillan tal‑Parroċċa ta’ Santa Luċija.
Dun Joseph Mizzi twieled fil‑11 ta’ Ottubru 1970. Huwa rċieva l‑edukazzjoni primarja fl‑iskola ta’ Ħaż‑Żebbuġ, l‑edukazzjoni sekondarja fil‑Liċeo Mikiel Anton Vassalli tal‑Ħandaq, Ħal Qormi, u l‑edukazzjoni post-sekondarja fil‑Kulleġġ San Alwiġi, Birkirkara. Kompla l‑istudji terzjarji fil‑Fakultà tat‑Teoloġija (Filosofija u Teoloġija), fl‑Università ta’ Malta.
Dun Joseph ġie ordnat saċerdot fid‑29 ta’ Ġunju 1997. Beda l‑ħidma pastorali tiegħu bħala Assistent Direttur tal‑Moviment ta’ Kana u kompla l‑istudji tiegħu fit‑Teoloġija taż‑Żwieġ u
l‑Familja.
-
-
Fl‑2006 nħatar Direttur tal‑Moviment ta’ Kana. Serva wkoll fil‑parroċċa tal‑Imqabba u dik ta’ Ħaż‑Żebbuġ. Fl‑2015 nħatar bħala Arċipriet tal‑Parroċċa tal‑Birgu.
Il‑Parroċċa ta’ Santa Luċija tiġbor fiha madwar 3,625 persuna f’1,043 familja.