“Ma nistgħux ma nagħmlux riflessjoni fuq il-weġgħa kbira li għaddejna minnha ftit ilu. Qed nirreferi għall-abbużi fuq numru ta’ tfal u żgħażagħ minn xi saċerdoti snin ilu.”

Hekk sostna Mons Arċisqof Pawlu Cremona OP, fil-messaġġ tiegħu fil-ħarġa ta’ Settembru ta’ “Flimkien”, ir-rivista ta’ kull xahar maħruġa mill-Kulleġġ tal-Kappillan. L-Arċisqof fakkar li hu diġà kien talab maħfra lill-vittmi ta’ dawn l-abbużi.

Kien fil-bidu t’Awwissu li għadda li żewġ patrijiet tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl instabu ħatja ta’ abbużi fuq minorenni, meta dawn kienu taħt il-kura tagħhom f’Dar tal-Knisja.

Agħfas hawn biex tkompli taqra dan l-artiklu mis-sit www.il-gensillum.com