• L-Arċisqof jiċċelebra il-Quddiesa tat-Tberik taż-Żjut

  • Il-Ħamis 17 ta’ April 2014, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iċċelebra il-Quddiesa tat-Tberik taż-Żjut Imqaddsa, fil-Konkatidral ta’ San Gwann, il-Belt Valletta. Matul din il-Quddiesa, l-Arċisqof bierek iż-żjut imqaddsa li jintużaw fiċ-ċelebrazzjoni tas-sagramenti tal-Griżma tal-Morda, tal-Magħmudija, tal-Konfermazzjoni u l-Ordni Sagri. Flimkien ma’ l-Arcisqof Cremona u l-Isqof Awżiljarju Charles J. Scicluna, f’din iċ-ċelebrazzjoni ħadu sehem saċerdoti djoċesani u reliġjużi li ġeddew il-wegħdiet li għamlu dakinhar tal-ordinazzjoni saċerdotali. 

  • Ritratti: Photocity
    www.photocitymalta.com