Nhar is-Sibt, 11 ta’ Settembru, 2010, f’Westminster, fir-Renju Unit, ġiet iċċelebrata ‘Jum Malta’. Din iċ-ċelebrazzjoni annwali saret waħda mfittxija mill-Maltin li jgħixu fir-Renju Unit.
L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. kien mistieden jattendi dawn l-attivitajiet. Flimkien ma’ l-Arċisqof ta’ Westminster, ir-Rev. Vincent Nicholas, l-Arċisqof Cremona kkonċelebra Quddiesa u wara saret purċissjoni bl-istatwa tal-Bambina fit-toroq ta’ Westminster. Il-purċissjoni ġiet fi tmiema quddiem il-Kappella tal-Qalb Imqaddsa fejn saret ċerimonja tal-għeluq. Wara indaqqew l-innijiet nazzjonali ta’ Malta u tar-Renju Unit.
Għal din l-attivita’ attenda wkoll il-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin, Dr. Tonio Borg.