• L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa għall-koppji għarajjes

  • Nhar is-Sibt 15 ta’ Frar 2014, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iċċelebra quddiesa fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, għall-koppji għarajjes li ser jiżżewġu din is-sena. Fi tmiem il-Quddiesa, l-Arċisqof ltaqa’ mal-koppji ndividwalment biex jawguralhom u jifirħilhom talli għażlu li miż-żwieġ tagħhom jagħmlu Sagrament. 

    Din il-quddiesa ġiet organizzata mill-Moviment ta’ Kana.

  • Ritratti: Photocity
    www.photocitymalta.com