-
L-Arċisqof jilqa’ it-talba ta’ ħames kandidati għas-saċerdozju
-
Nhar il-Ġimgħa 14 ta’ Marzu 2014, fil-Knisja Arċipretali ta’ Marija Mtellgħa s-Sema, il-Mosta, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P laqa’ it-talba uffiċjali ta’ ħames seminaristi biex isiru kandidati għall-Ordni tad-Djaknonat u tal-Presbiterat li jwassal għal Saċerdozju Ministerjali permezz tas-Sagrament tal-Ordni Sagri. Il-ħames seminaristi, huma Sergio Fenech u Mark Mallia Pawley mill-Parroċċa ta’ San Sebastjan Martri, Ħal Qormi, Claude Mifsud mill-Parroċċa ta’ Marija Mtellgħa s-Sema, il-Mosta, James Saydon mill-Parroċċa ta’ Marija Bambina, in-Naxxar, u Gilbert Scicluna mill-Parroċċa ta’ San Ġużepp, il-Kalkara.
-
-
Ritratti: Photocity
www.photocitymalta.com