-
L-Arċisqof jilqa’ lura lill-Voluntiera tas-Sajf
-
Settembru 26, 2013
L-Arċisqof Cremona sellem lill-voluntiera wara r-ritorn tagħhom mil-proġetti tas-sajf, waqt l-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Volunteer’s Homecoming ġewwa l-Kappella tad-Duluri fil-Pietà. Bl-għajununa ta’ disa’ organiżżazzjonijiet tal-volontarjat, dan is-sajf, ‘il fuq minn 500 żagħżugħ u żagħżugħa ħadu sehem fi proġetti ta’ missjoni u volontarjat fi 13-il pajjiż differenti madwar id-dinja.
Il-voluntiera qasmu l-entużjasmu u l-esperjenzi tagħhom mal-Asrċisqof filwaqt li huwa, min-naħa tiegħu, irringazzjahom u faħħarhom tal-impenn importanti tagħhom. Aktar tard, Mons. Cremona mexxa liż-żgħażagħ f’mument ta’ talb ta’ ringrazzjament u adorazzjoni.
Volunteers’ Homecoming 2013 ġiet imtella’ minn YouthFellowship bil-kordinazzjoni tal-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ.
-
-
Ritratti: Photocity, Valletta.
-
-
Filmat minn Newsbook.com.mt