-
Illum, it-Tnejn, 6 ta’ Novembru, l-Arċisqof Charles J. Scicluna, laqa’ lill-Kap tal-Oppożizzjoni, Dr Adrian Delia, u lill-Kap tal-Partit Demokratiku, Dr Anthony Buttigieg, f’żewġ żjarat ta’ korteżija fil-Kurja, il-Furjana.
Fiż-żewġ laqgħat, l-Arċisqof Charles J. Scicluna qal li x-xewqa tal-Knisja hi li l-mexxejja tal-partiti politiċi jaħdmu għall-ġid komuni mal-istituzzjonijiet tal-pajjiż. Wera l-apprezzament tiegħu għal dawk li joffru l-ħidma tagħhom fil-politika għas-servizz tas-soċjetà.
Mons. Arċisqof ikkwota l-Papa Frangisku li jgħid li s-servizz ta’ dawk involuti fil-politika huwa espressjoni tal-imħabba kemm-il darba dan ikun servizz għall-ġid komuni.
-
-
-
-
-
Ritratti: Uffiċċju Komunikazzjoni Kurja