• Il-Ħadd 10 ta’ Mejju 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ingħata merħba sabiħa mill-komunità Taljana f’Malta, u ċċelebra Quddiesa magħhom fil-Knisja ta’ Santa Katerina d’Italia, il-Belt Valletta. Fl-okkażjoni ta’ Jum l-Omm, l-Arċisqof feraħ lill-ommijiet preżenti għaċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa u talab għall-ommijiet kollha.

    Fi tmiem din il-Quddiesa, l-Arċisqof ltaqa’ ma’ żewġ ommijiet mill-Eritrea flimkien ma’ uliedhom, li reġgħu ngħaqdu flimkien grazzi għall-ħidma tal-Kummissjoni Emigranti tal-Knisja f’Malta. L-Arċisqof iltaqa’ wkoll ma’ tifel mis-Sudan li tilef lill-ommu f’inċident tat-traffiku waqt li din kienet qed tivvjaġġa lejn il-Libja. Dan it-tifel illum qed jgħix f’residenza tal-Knisja mmexxija mis-Sorijiet tal-Ursolini. Dawn il-laqgħat saru fl-okkażjoni ta’ Jum l-Omm, bil-għan li jitfakkru dawk l-ommijiet ħajjin li għaddew minn esperjenza ta’ tbatija, kif ukoll dawk l-ommijiet li ħallew din id-dinja.

  • Ritratti: Photocity, Valletta.

    www.photocitymalta.com