-
L-Arċisqof jiltaqa’ mal-koppji li ser jiżżewġu din is-sena
-
Nhar is-Sibt 15 ta’ Frar, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ser jiċċelebra Quddiesa li għaliha qed jiġu mistiedna l-koppji għarajjes li ser jiżżewġu din is-sena. Din ser issir fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fis-6:30 p.m.Din iċ-ċelebrazzjoni hija organizzata mill-Moviment ta’ Kana.