Is-Sibt 19 ta’ Jannar, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. se jiċċelebra Quddiesa għal dawk il-koppji li żżewġu matul l-2012. Din iċ-ċelebrazzjoni se ssir fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fis-6:30 p.m. Fi Frar, l-Arċisqof se jiċċelebra Quddiesa li għaliha qed jiġu mistiedna l-koppji għarajjes li se jiżżewġu din is-sena. Dawn iż-żewġ ċelebrazzjonijiet huma organizzati mill-Moviment ta’ Kana.