• L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Koppji Miżżewġa u Għarajjes

  • Nhar is-Sibt 18 ta’ Jannar, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ser jiċċelebra Quddiesa għal dawk il-koppji li żżewġu matul l-2013. Din iċ-ċelebrazzjoni ser issir fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fis-6:30 p.m.
    Fil-15 ta’ Frar, l-Arċisqof ser jiċċelebra Quddiesa li għaliha qed jiġu mistiedna l-koppji għarajjes li ser jiżżewġu din is-sena. Din ser issir fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fis-6:30 p.m.
    Dawn iż-żewġ ċelebrazzjonijiet huma organizzati mill-Moviment ta’ Kana.