Għada, s-Sibt 14 ta’ Jannar 2012, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. se jiċċelebra Quddiesa għal dawk li żżewġu matul l-2011. Din iċ-ċelebrazzjoni se ssir fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt, fis-6:30 p.m.

Nhar il-Ħadd 12 ta’ Frar 2012, l-Arċisqof se jiċċelebra Quddiesa għall-għarajjes li se jiżżewgu din is-sena. Din iċ-ċelebrazzjoni se ssir fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt, fis-6.30 p.m.