Nhar l-Erbgħa, 24 ta’ Novembru, 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ippreżenta l-premju Mons. Azzopardi waqt attivita’, fir-Radisson Blu Resort, San Ġiljan. Ir-rebbieħa tal-edizzjoni ta’ din is-sena kienu Mons. Lawrence Gatt u Dun Ġużepp Borġ Micallef.
Ir-rebbieħa għal bosta snin ħadmu mill-qrib ma’ persuni b’diżabilita’ kif ukoll mal-familjari tagħhom. Permezz tax-xogħol tagħhom waslu biex tinħoloq kuxjenza soċjali fir-rigward ta’ persuni b’diżabilita’. L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. faħħar is-sehem ta’ Mons. Gatt u Fr Borg Micallef u talab li tkompli tinbidel il-mentalita’ tal-poplu favur il-persuni b’diżabilita’.
Id-Direttur tad-Dar tal-Providenza, Fr Martin Micallef, semma kif dan il-premju kien inbeda minn Mons. Lawrence Gatt 15-il sena ilu w issa kien imiss lilu jieħu dan il-premju. Fr Micallef tenna li l-persuni l-oħra li rebħu dan it-titlu għandhom jibqgħu jiġu mfakkra.
Matul din is-sena d-Dar tal-Providenza qed tfakkar it-tletin sena mit-twaqqif tagħha u l-mitt sena mit-twelid tal-fundatur tagħha, Mons. Mikiel Azzopardi.
Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]