Nhar l-Erbgħa 16 ta’ Novembru 2011, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ċċelebra Quddiesa fil-KonKatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, għal dawk l-istudenti li ser jiggradwaw din is-sena. Fil-messaġġ tiegħu, l-Arċisqof rringrazzja lill-istudenti kollha li ser jiggradwaw għall-impenn li daħlu għalih permezz tal-istudji tagħhom, biex jagħmlu s-soċjeta’ Maltija aħjar bid-diversi professjonijiet li daħlu fihom. Total ta’ 2,737 student qed jiggradwaw din is-sena li minnhom 1,658 huma nisa u 1,079 huma rġiel.
AGĦFAS HAWN biex taqra l-messaġġ tal-Arċisqof għall din l-okkażjoni.
Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinkisbu mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]