Il-Qdusija Tiegħu, il-Papa Franġisku, ħatar lill-Arċisqof Joseph Spiteri, Arċisqof Titulari ta’ Serta u preżentament Nunzju Appostoliku fil-Liban, bħala n-Nunzju Appostoliku l-ġdid għas-Santa Sede fil-Messiku.
Mons. Joseph Spiteri twieled Tas-Sliema fl-1959 u ġie ordnat saċerdot fl-1984. Wara l-istudji tiegħu fil-Liġi Kanonika, huwa ngħaqad mal-korp diplomatiku tas-Santa Sede, fejn ta servizz fil-Panama, l-Iraq, il-Messiku, il-Portugall, il-Greċja u l-Venezwela.
Fl-2009 Mons. Spieri ġie appuntat bħala l-Arċisqof Titulari ta’ Serta u Nunzju Appostoliku ta’ Sri Lanka. Fl-2013 inħatar Nunzju Appostoliku tal-Kosta tal-Ivorju u fl-2018 nħatar bħala n-Nunzju Appostoliku għal-Libanu, fejn għadu jservi sal-ġurnata tal-lum.