Monsinjur Arcisqof Pawlu Cremona kien infurmat li is-Sur Lawrence Grech u sħabu, allegati vittmi ta’ abbuż sesswali jixtiequ jiltaqgħu miegħu. Monsinjur Arċisqof aċċetta bil-qalb li jilqagħhom u dan bla ebda preġudizzju għall-proċessi li għadhom għaddejjin kemm fil-Qrati Ċivili kif ukoll fir-Response Team tal-Knisja.