L-Arċisqof ta’ Canterbury se jiltaqa’ mal-Papa Benedittu XVI hekk kif qed tiżdied it-tensjoni dwar l-offerta tal-Vatikan li dan jilqa’ fi ħdanu Anglikani li xtaqu jingħaqdu fi ħdan il-Knisja Kattolika. Il-proposta tal-Papa tippermetti lil dawn l-Anglikani jikkonvertu waqt li jżommu għadd ta’ tradizzjonijiet u prattiċi li kellhom.
L-Arċisqof Rowan Williams qal li jemmen li din l-inizjattiva bl-ebda mod mhu se toħloq ħsara lir-relazzjonijiet bejn iż-żewġ naħat. Għaldaqstant xi Anglikani akkużaw lill-Papa b’interferenza fl-operat tal-Knisja Anglikana f’dan iż-żmien sensittiv għaliha.
Il-Vatikan min-naħa tiegħu qal li l-istedina tiegħu waslet b’reazzjoni għal għadd ta’ talbiet minn Anglikani li qalu li mhumiex kuntenti bl-aħbar ta’ ordinazzjoni episkopali ta’ nisa.