L-Arċisqof ta’ Malta, Monsinjur Pawlu Cremona O.P. u l-Isqof ta’ Għawdex, Monsinjur Mario Grech jinsabu l-Vatikan biex fi tmiem din il-ġimgħa jattendu għall-kanonizzazzjoni tal-Beatu Papa Ġwanni XXIII u l-Beatu Papa Ġwanni Pawlu II. Huma mistennija jikkonċelebraw fil-Quddiesa li ser imexxi l-Papa Franġisku nhar il-Ħadd filgħodu fi Pjazza San Pietru.
L-Arċisqof ħalla Malta lejn Ruma dalgħodu, filwaqt li l-Isqof Mario Grech ħalla Malta l-bieraħ, l-Erbgħa 23 ta’ April. L-Isqof Grech qed imexxi grupp ta’ pellegrini Maltin u Għawdxin ta’ madwar 50 persuna.
Huma jaslu lura Malta nhar it-Tlieta 29 ta’ April.