Bi tħejjija għall-festa tal-Milied, nhar il-Ġimgħa, 6 ta’ Diċembru, 2024, ġiet organizzata ċelebrazzjoni tal-Avvent fil-Kappella tal-Madonna tal-Midalja Mirakoluża, il-Blata l-Bajda. It-tema taċ-ċelebrazzjoni kienet ‘Ħienja int li emmint!’. Matul il-laqgħa, wieħed kien mistieden jirrifletti fuq il-fatt li l-Avvent huwiex żmien ta’ stennija passiva. Fuq l-eżempju ta’ Marija, kull wieħed minnha huwa mistieden jemmen, jifraħ u jaqdi waqt li qed jistenna l-miġja ta’ Ġesù Bambin. Mill-maxtura, il-parteċipanti ħadu karti li fihom kien hemm idejat ta’ kif jistgħu jgħixu aħjar iż-żmien tal-Avvent. Waqt iċ-ċelebrazzjoni kien offrut is-servizz tal-Qrar.
It-tieni ċelebrazzjoni tal-Avvent fil-Kappella se ssir nhar il-Ġimgħa 20 ta’ Diċembru 2024 fl-Awditorju, il-Blata l-Bajda, u tibda fis-6.30pm. Għal min jixtieq, ikun hemm quddies fis-6.00pm fil-Kappella tal-Madonna tal-Midalja Mirakoluża.
Sors: Is-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija – sdcmuseum.org