Kienet esperjenza verament sabiħa. Ma kontx qed nistenna li ha nieħu gost jew ninżel lura imdejjaq. Dawk il-ġimagħtejn li qattajt hemm, kienu verament sbieħ u nżilt lura b’xi ħaġa ferm aktar importanti minn xi ħaġa materjali – inżilt lura b’sens ta apprezzament u ħeġġa biex ngħin lin-nies aktar. Illum nista’ ngħid li jien kburi li għamilt dan ix-xogħol ta’ volontarjat u bla ebda dubbju nerġa nirepetija din l-esperjenza.

Ġimagħtejn tgħix fil-faqar u ma tfal li l-unika ferħ li għandhom f’ħajjithom hija l-kolonja, tinduna kemm aħna verament ixxurtjati li twelidna f’realta’ differenti minn tagħhom. Għandna napprezzaw lill-ġenituri tagħna talli rabbewna tajjeb u dejjem provdewlna kollox.

Kont inkarigat biex ngħin tfal minn backgrounds differenti – min kien abbandunat min xi ġenitur, min kien imsawwat, min kellu xi relatattiv b’marda serja, min hu fqir etċ. Kull ma tagħmel magħhom ninsab fiċ-ċert li japprezzawh u jservijom ta ġid fil-gejjini tagħhom avolja dak il-ħin ma’ jurukx gratitudni .

Hajja faċli m’għandhomx, pero bl-għajnuna ta haddiehor jistghu jaslu biex ikollhom hajja ahjar. Ghal hekk nixtieq inheggeg lil kull min hu imhasseb biex jaghmel xi volontarjat ma jdumx jahsiba u jmur.

Brian Livori

www.camyouths.com