Il-Predikatur Pontifiċju Patri Raniero Cantalamessa qal li r-ri-evanġelizzazzjoni tad-dinja sekularizzata teħtieġ li tirkupra s-sens ta’ dak li hu sagru.
Il-Patri Kapuċċin Cantalamessa qal dan fl-aħħar mis-serje ta’ ċerimonji tal-Avvent fil-preżenza tal-Papa u l-Kurja ta’ Ruma. Huwa tkellem dwar l-idea ta’ kontribut għall-ħtieġa tal-Knisja għall-Evanġelizzazzjoni l-Ġdida.
Dan qal li jsir b’eżaminazzjoni ta’ tliet ostakli għall-messaġġ evanġeliku li identifikahom bħala s-sekulariżmu, dak marbut max-xjenza u r-razzjonaliżmu.
TINXTEGĦEL IS-SIĠRA TAL-MILIED FI PJAZZA SAN PIETRU
Fi Pjazza San Pietru fil-Vatikan, inxtegħlet is-siġra tal-Milied, siġra ta’ 93 sena min-Norveġja. Iċ-ċerimonja li matulha nxtegħelt is-siġra kienet preseduta mill-Kardinal Giovanni Layolo, President tal-Governanza tal-Istat tal-Vatikan.
Il-Papa f’riflessjoni, qal li s-sġra turi l-kobor tal-Ħallieq, li l-imħabba tiegħu hi bla tmiem u tnissel ferħ u paċi.
Is-siġra, li nqatgħet mingħar ma saret ħsara fil-foresta, se tibqa’ sa tmiem iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Milied biex titgawda mill-pellegrini fi Pjazza San Pietru fil-Vatikan. Dwar is-simboliżmu tas-Siġra, il-Papa qal li tagħti messaġġ ta’ fraternita u ħbiberija, stedina għall-għaqda u l-paċi. Qal ukoll li ġġib messaġġ ta’ tama u mħabba fid-dimensjoni spiritwali u reliġjuża mdawra mal-misteru tat-twelid tas-Salvatur.