L-Għid il-Kbir tal-Qawmien tal-Mulej mill-Imwiet
Solennita’ – Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 1, 1 – 2, 2
Salm: 103 (104), 1-2a.5-6.10.12.13-14.24.35ċ
It-Tieni Qari: Ġen 22,1-18
Salm: 15 (16), 5.8.9-10.11
It-Tielet Qari: Eż 14, 15 – 15,1
Salm: Eż 15, 1-2.3-4.5-6.17-18
Ir-Raba’ Qari: Is 54, 5-14
Salm: 29 (30), 2.4.5-6.11.12a.13b
Il-Ħames Qari: Is 55, 1-11
Salm: Is 12, 2-3.4bċd. 5-6
Is-Sitt Qari: Bar 3, 9-15.32 – 4,4
Salm: 18 (19), 8.9.10.11
Is-Seba’ Qari: Eżek 36, 16-17a.18-28
Salm: 41 (42), 3.5bċd; 42 (43), 3.4
It-Tmien Qari: Rum 6, 3-11
Salm: 117 (118), 1-2.16ab-17.22-23

L-Evanġelju: Mk 16, 1-7

Meta għadda s-Sibt, Marija ta’ Magdala, Marija omm Ġakbu, u Salomi xtraw xi fwejjaħ biex imorru jidilkuh bihom. U kmieni ħafna fl-ewwel jum tal-ġimgħa, kif telgħet ix-xemx marru ħdejn il-qabar. U bdew jgħidu lil xulxin: “Min se jgerbilna l-ġebla mid-daħla tal-qabar?” Iżda meta ħarsu, raw li l-ġebla kienet imressqa fil-ġenb; kienet ġebla kbira ħafna.

Daħlu fil-qabar, u raw żagħżugħ bilqiegħda n-naħa tal-lemin, liebes libsa bajda; u nħasdu. Imma hu qalilhom: “Xejn la tinħasdu. Qegħdin tfittxu lil Ġesù ta’ Nazaret li kien imsallab; qam mill-mewt, m’huwiex hawn. Araw il-post fejn kienu qegħduh. Imma morru għidu lid-dixxipli tiegħu, u lil Pietru, li hu sejjer fil-Galilija qabilkom; tarawh hemmhekk, kif kien qalilkom.”