L-Għid il-Kbir tal-Qawmien tal-Mulej mill-Imwiet
Solennita’ – Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 1:1 – 2:2
Salm: 103 (104):1-2a,5-6,10,12,13-14,24,35ċ
It-Tieni Qari: Ġen 22:1-18
Salm: 15 (16):5,8,9-10,11
It-Tielet Qari: Eż 14:15 – 15:1
Salm: Eż 15:1-2,3-4,5-6,17-18
Ir-Raba’ Qari: Is 54:5-14
Salm: 29 (30):2,4,5-6,11,12a,13b
Il-Ħames Qari: Is 55:1-11
Salm: Is 12:2-3,4bċd,5-6
Is-Sitt Qari: Bar 3:9-15,32 – 4:4
Salm: 18 (19):8,9,10,11
Is-Seba’ Qari: Eżek 36:16-17a,18-28
Salm: 41 (42):3.5bċd; 42 (43):3,4
It-Tmien Qari: Rum 6:3-11
Salm: 117 (118):1-2,16ab-17,22-23

L-Evanġelju: Mt 28:1-10

Meta għadda s-Sibt, maż-żerniq ta’ l-ewwel jum tal-ġimgħa, Marija ta’ Magdala u Marija l-oħra marru jaraw il-qabar. U inħasset theżhiża kbira għax niżel anġlu tal-Mulej mis-sema, u resaq igerbeb il-ġebla u qagħad bilqiegħda fuqha. Id-dehra tiegħu kienet bħal berqa; ilbiesu abjad bħas-silġ. Bil-biża’ tiegħu l-għassiesa qabdithom rogħda u saru qishom mejtin.

Iżda l-anġlu qabad u qal lin-nisa: “Tibżgħu xejn intom għax jiena naf li qegħdin tfittxu lil Ġesù li kien imsallab. M’huwiex hawn, għaliex qam, kif kien qal. Ejjew araw il-post fejn kien qiegħed. U morru malajr għidu lid-dixxipli tiegħu: Qam mill-imwiet. U araw, huwa sejjer il-Galilija qabilkom: tarawh hemmhekk. Araw, għedthulkom”.

Dawk telqu malajr minn ħdejn il-qabar, kollhom biża’ u ferħ kbir, u marru jiġru jagħtu l-aħbar lid-dixxiplu tiegħu. U ara, iltaqa’ magħhom Ġesù u qalilhom: “Is-sliem għalikom”. Huma resqu lejh, qabdulu riġlejh u nxteħtu quddiemu. Imbagħad Ġesù qalilhom: “Tibżgħu xejn; morru wasslu l-aħbar lil ħuti biex jitilqu lejn il-Galilija; lili jarawni hemmhekk”.