• San Mattew 5:1-12

    Kif ra l-folol, Ġesù tala’ fuq il- muntanja, qagħad bilqiegħda, u resqu lejh id-dixxipli tiegħu. Fetaħ fommu u qabad jgħallimhom u jgħid:

    “Henjin il-foqra fl-ispirtu, għax tagħhom hija s-Saltna tas-Smewwiet.
    Henjin l-imnikkta, għax huma jkunu mfarrġa.
    Henjin ta’ qalbhom ħelwa, għax huma jkollhom b’wirthom l-art.
    Henjin dawk li huma bil-ġuħ u l-għatx  tal-ġustizzja, għax huma jkunu mxebbgħin.
    Henjin dawk li jħennu, għax huma jsibu ħniena.
    Henjin dawk li huma safja f’qalbhom, għax huma jaraw ‘l Alla.
    Henjin dawk li jġibu l-paċi, għax huma jissejjħu wlied Alla.
    Henjin dawk li huma ppersegwitati minħabba s-sewwa, għax tagħhom hija s-Saltna tas-Smewwiet.
    Henjin intom, meta jgħajjrukom u jippersegwitawkom u jaqilgħu kull xorta ta’ ħażen u gideb kontra tagħkom minħabba fija.
    Ifirħu u thennew, għax ħlaskom kbir fis-smewwiet. Hekk kienu jippersegwitawhom lill-profeti li kienu qabilkom.”


    Qaddis tal-Jum
    : San Gildas l-Għaref, Abbati